LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/06 p. 1
  • Titlifx l-Imħabba li Kellek fil-Bidu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Titlifx l-Imħabba li Kellek fil-Bidu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Materjal Simili
  • Xi Jfisser li Nħobbu lill-Proxxmu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Issaħħaħ Permezz taʼ l-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Tħallix imħabbtek tibred
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 12/06 p. 1

Titlifx l-​Imħabba li Kellek fil-​Bidu

1 Ġesù glorifikat widdeb lill-​kongregazzjoni t’Efesu taʼ l-​ewwel seklu billi qal: “Għandi dan kontrik, li int tlaqt l-​imħabba li kellek fil-​bidu.” (Riv. 2:4) Milli jidher, bosta wħud kienu tilfu l-​imħabba li kellhom fil-​bidu għal Ġeħova. Meta konna qed nitgħallmu l-​verità, aħna żviluppajna mħabba qawwija għal Alla u għall-​proxxmu, u dan qanqalna biex biż-​żelu naqsmu m’oħrajn din it-​tama ġdida li sibna. X’se jgħinna ma nitilfux l-​imħabba li kellna fil-​bidu u ż-​żelu fil-​ministeru?

2 Studju Persunali u Attendenza għal-​Laqgħat: X’ġagħalna niżviluppaw imħabba għal Alla u l-​proxxmu għall-​bidu li tgħallimna l-​verità? Ma kienx dak kollu li tgħallimna dwar Ġeħova mill-​istudju tagħna taʼ l-​Iskrittura? (1 Ġw. 4:​16, 19) Għalhekk, sabiex imħabbitna “tikber u toktor dejjem iżjed,” għandna nkomplu nieħdu għarfien eżatt, billi nħaffru fl-​“affarijiet profondi t’Alla.”​—Flp. 1:​9-​11; 1 Kor. 2:​10.

3 Li nżommu rutina tajba taʼ studju persunali jistaʼ jkun verament taʼ sfida f’dawn l-​aħħar jiem mimlijin b’ħafna ansjetajiet u aljenazzjonijiet. (2 Tim. 3:1) Aħna għandna nwarrbu l-​ħin fl-​iskeda tagħna biex nieħdu l-​ikel spiritwali. L-​attendenza regulari għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni wkoll hija vitali, speċjalment hekk kif naraw ‘il-​jum joqrob.’​—Ebr. 10:​24, 25.

4 Il-​Ministeru: Is-​sehem żeluż fil-​ministeru jgħinna nżommu l-​imħabba għal Alla li kellna fil-​bidu. Hekk kif nippridkaw l-​aħbar tajba, infakkru lilna nfusna dwar il-​wegħdi kollhom imħabba taʼ Ġeħova, u dan jgħinna nżommu t-​tama tagħna ċara quddiemna u mħabbitna ħajja. Biex ngħallmu veritajiet Bibliċi jirrikjedi li nagħmlu riċerka ħalli nifhmuhom tajjeb aħna stess, u dan isaħħilna l-​fidi.​—1 Tim. 4:​15, 16.

5 Ġeħova jistħoqqlu nagħtuh kollox, inkluż l-​imħabba tagħna. (Riv. 4:​11) Tħallix l-​imħabba tiegħek tmajna. Żomm l-​imħabba li kellek fil-​bidu qawwija billi bil-​ħerqa tagħmel studju persunali tal-​Bibbja, tattendi l-​laqgħat regolarment, u tiddikjara b’mod żeluż lil oħrajn dak li int tgħożż l-​iktar.​—Rum. 10:10. 

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja