LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/08 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Lulju
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 6/08 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Ġunju

Għanja 121

10 min: Avviżi lokali. Permezz tas-​suġġerimenti f’paġna 4 jew preżentazzjonijiet oħrajn adattati għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġu offruti t-​Torri taʼ l-​Għassa t’April-Ġunju u Stenbaħ! t’April-Ġunju.

20 min: Kif Tipprepara Biex Tikkonduċi Studju tal-​Bibbja. Taħdita bbażata fuq il-​Ministeru tas-​Saltna t’Awissu 2004, paġna 1. Fl-​aħħar tad-​diskussjoni, ħejji turija taʼ pubblikatur li bl-​għaġla jipprova jlesti biex jikkonduċi studju tal-​Bibbja. Imbagħad ħejji turija oħra taʼ pubblikatur li jipprepara billi jikkunsidra kif jistaʼ japplika ftit mis-​suġġerimenti mniżżlin fil-​Ministeru tas-​Saltna.

15 min: “Ippriedka bla Waqfien.”a Skond ma jippermetti l-​ħin, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar l-​iskritturi ċitati.

Għanja 201

Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Ġunju

Għanja 90

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Fakkar lill-​udjenza biex iġibu magħhom It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ Lulju-Settembru u Stenbaħ! taʼ Lulju-Settembru għal-​Laqgħa tas-​Servizz il-​ġimgħa d-​dieħla u biex ikunu preparati ħalli jiddiskutu preżentazzjonijiet adattati li qed jippjanaw biex jużaw.

15 min: Enfasizza l-​Valur Prattiku taʼ l-​Aħbar Tajba. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq il-​ktieb Ministry School, paġna 159. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kwistjonijiet li bħalissa qed jikkonċernaw lin-​nies fit-​territorju lokali. Staqsi għal suġġerimenti dwar kif nistgħu nużaw kwistjonijiet bħal dawn fil-​preżentazzjonijiet tagħna.

20 min: “Qiegħda l-​Familja Tiegħek Tipprepara Biex Issalva?”b Skond ma jippermetti l-​ħin, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar l-​iskritturi ċitati.

Għanja 54

Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Ġunju

Għanja 140

10 min: Avviżi lokali. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Semmi l-​offerta taʼ letteratura għal Lulju u ħejji preżentazzjoni.

20 min: Ħajja Msebbħa bix-​Xogħol taʼ Pijunier Regulari. Taħdita bbażata fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Jannar, 2008, paġni 17-19. Jekk hemm żewġ pijunieri regulari disponibbli, wieħed li għadu jibda u ieħor li ilu jaqdi għal ħafna snin, jistgħu jiġu intervistati. Għidilhom jirrakkontaw kif sebbħu ħajjithom permezz taʼ dan it-​tip taʼ servizz prezzjuż.

15 min: Ipprepara Biex Toffri r-​Rivisti Kurrenti. Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Wara li ssemmi fil-​qosor x’fihom It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ Lulju-Settembru u Stenbaħ! taʼ Lulju-Settembru, staqsi lil dawk fl-​udjenza dwar liema artikli għandhom mnejn jolqtu lin-​nies fit-​territorju u għala. Stidinhom isemmu punti speċifiċi fl-​artikli li qed jippjanaw li jużaw fil-​ministeru. Liema mistoqsijiet jistgħu jagħmlu biex jibdew konversazzjoni? Liema skrittura fl-​artiklu tistaʼ tinqara wara li ssir il-​mistoqsija? Billi tuża l-​eżempji taʼ preżentazzjonijiet fil-​Ministeru tas-​Saltna jew preżentazzjoni li ssuġġeriet l-​udjenza, ħejji turija taʼ kif nistgħu noffru ż-​żewġ rivisti.

Għanja 82

Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Ġunju

Għanja 97

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jagħti r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Ġunju.

20 min: Kif Intejbu l-​Abbiltajiet Tagħna f’Konversazzjoni. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq il-​ktieb Ministry School, minn paġna 62, paragrafu 4, sa l-​aħħar taʼ paġna 64. Adattata l-​informazzjoni għat-​territorju lokali. Fil-​qosor intervista pubblikatur li hu magħruf għall-​abbiltà tiegħu li jdaħħal lin-​nies f’konversazzjoni meta jkun fil-​ministeru minn dar għal dar jew meta jkun qed jagħti xiehda informali.

15 min: X’Tiftakar? Diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’April, 2008, paġna 29.

Għanja 179

Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Lulju

Għanja 125

10 min: Avviżi lokali.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Meta Inkwilin Jitkellem Lingwa Oħra.”c Trid tingħata mill-​indokratur tas-​servizz. Meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 2, avża lill-​kongregazzjoni dwar liema gruppi jew kongregazzjonijiet taʼ lingwa barranija qed jippridkaw fl-​istess inħawi tal-​kongregazzjoni. Enfasizza kwalunkwe arranġamenti speċifiċi li hemm biex jgħinu lill-​gruppi jew lill-​kongregazzjonijiet taʼ lingwa barranija involuti biex jikkooperaw fl-​attività taʼ l-​ippridkar.

Għanja 188

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja