LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/08 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 11 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 18 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 25 t’Awissu
  • Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Settembru
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 8/08 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 11 t’Awissu

Għanja 63

10 min: Avviżi lokali. Staqsi lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar l-​artikli tar-​rivisti kurrenti li sabu li laqtu lin-​nies fit-​territorju. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex isemmu punti speċifiċi fl-​artikli li qed jippjanaw biex jużaw. Liema mistoqsija jistgħu jagħmlu biex jibdew konversazzjoni? Imbagħad, liema skrittura fl-​artiklu tistaʼ tinqara? Ħejji turijiet li juru kif jistgħu jintużaw preżentazzjonijiet suġġeriti.

15 min: Agħmel ir-​Rieda t’Alla—Mingħajr Tfixkil. Taħdita bbażata fuq il-​ktieb “Come Be My Follower” (“Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”), paġni 93-94, paragrafi 12-13.

20 min: “Qed Tużah bis-​Sħiħ?”a Intervista pubblikatur li kellu esperjenza f’li juża wieħed mill-​aspetti ġodda taʼ l-​edizzjoni għall-​pubbliku tar-​rivista tat-​Torri taʼ l-​Għassa. L-​esperjenza tistaʼ tiġi reċtata. Skond paragrafu 2 uri wkoll kif jistaʼ jinbeda studju billi jintuża l-​aspett “Dak li Nitgħallmu Minn Ġesù,” fit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ Lulju-Settembru.

Għanja 26

Ġimgħa li Tibda 18 t’Awissu

Għanja 135

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Iddiskuti l-​“Programm Ġdid taʼ l-​Assemblea tas-​Circuit.” Ħabbar id-​data taʼ l-​assemblea tas-​circuit li jmiss jekk hi disponibbli. Fakkar lill-​pubblikaturi biex iġibu l-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna għal April dwar il-​Konvenzjoni Distrettwali.

20 min: L-​Ilbies u d-​Dehra Tagħna Jonoraw lil Ġeħova. Taħdita minn anzjan. Peress li Ġeħova hu Alla qaddis, l-​indafa fiżika hija prijorità fost il-​poplu tiegħu. (Eżo. 30:17-21; 40:30-32) Bl-​eżempju tagħna fl-​ilbies u d-​dehra, b’mod speċjali fil-​ministeru tagħna, aħna nogħġbu lil Ġeħova u nagħtuh glorja. (1 Pt. 2:12) Mill-​banda l-​oħra, li nonqsu milli nagħmlu dan jistaʼ jwassal ‘sabiex il-​kelma t’Alla tkun immaqdra.’ (Tit. 2:5) Irrakkonta esperjenza pubblikata jew lokali li turi kif l-​apparenza eżemplari taʼ pubblikatur irriżultat biex ngħatat xiehda.

15 min: Żgħażagħ li Jagħtu Xiehda Qawwija. Taħdita inkuraġġanti għall-​ġenituri u wliedhom li dalwaqt imorru lura l-​iskola. Fakkar liż-​żgħażagħ biex jieħdu vantaġġ mill-​opportunitajiet ħalli jagħtu xiehda. Skond ma jippermetti l-​ħin, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jirrakkontaw esperjenzi persunali taʼ meta taw xiehda fl-​iskola.

Għanja 61

Ġimgħa li Tibda 25 t’Awissu

Għanja 24

15 min: Avviżi lokali. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Ħabbar l-​arranġament speċjali għas-​servizz taʼ l-​għalqa għal nhar it-​Tnejn 8 taʼ Settembru li hi festa pubblika. Irripeti l-​pariri u t-​tfakkiriet dwar il-​Konvenzjoni Distrettwali minn paġni 4 u 5 tal-​Ministeru tas-​Saltna t’April li japplikaw lokalment.

15 min: Iżolati Iżda Mhux Minsijin. Taħdita bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’April, 2008, paġni 25-28. Semmi kwalunkwe Kristjani fil-​kongregazzjoni li qed jgħixu fid-​djar taʼ l-​anzjani lokali. Jekk m’hemmx, uża l-​prinċipji fl-​artiklu biex tinkuraġġixxi lill-​kongregazzjoni ħalli tappoġġa lil kulmin hu marid jew limitat b’xi mod ieħor milli jieħu sehem fl-​attivitajiet tal-​kongregazzjoni.

15 min: Ibda Studju tal-​Bibbja fuq l-​Ewwel Żjara Matul Settembru. Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Matul Settembru se noffru l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem u se nagħmlu ħilitna biex niddiskutu ftit paragrafi maʼ l-​inkwilin fuq l-​ewwel żjara. Irrivedi xi suġġerimenti fl-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2006 u ħejji turija jew tnejn li juru kif jinbeda studju tal-​Bibbja fuq l-​ewwel żjara.

Għanja 196

Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Settembru

M’hemmx Laqgħa tas-​Servizz għal din il-​ġimgħa ladarba l-​kongregazzjonijiet kollha se jkunu qed jattendu l-​Konvenzjoni Distrettwali.

[Nota taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja