Programm Ġdid taʼ l-Assemblea tas-Circuit
Kif jistaʼ jkun possibbli li żżomm sod kontra dawk li jopponu bl-aħrax il-qima vera? Kif nistgħu negħlbu l-qawwiet li kontinwament jipprovaw jiħduna lura fid-dinja li tiċħad lil Alla? Il-programm taʼ l-assemblea tas-circuit għas-sena taʼ servizz 2009 se jwieġeb dawn il-mistoqsijiet vitali. It-tema hi “Dejjem Irbaħ il-Ħażen bit-Tajjeb.” (Rum. 12:21) Ejja naraw x’se jkun fih.
L-indokratur tad-distrett se jagħti t-taħditiet “Imsaħħin Biex Tirbaħ il-Ħażen bit-Tajjeb,” “Tkunux Kunfidenti Żżejjed!,” “Il-Ħażen Kollu Dalwaqt Jispiċċa!,” u “Insaħħu l-Fidi Tagħna Biex Nirbħu lid-Dinja.” L-indokratur tas-circuit se jkellimna dwar it-temi “Issa Huwa ż-Żmien Biex Nibqgħu Mqajmin!,” ibbażata fuq Rumani 13:11-13, u “Tkunx Skuraġġit fi Żmien l-Hemm,” ibbażata fuq Proverbji 24:10, New World Translation. Inħarsu ’l quddiem ukoll għat-taħdita taʼ l-indokratur tas-circuit “Nagħtu l-Attenzjoni għall-Ħtiġijiet tas-Circuit.” Taħdita oħra inkuraġġanti ħafna se tkun intitolata “Tistaʼ Int ‘Tkun Medhi bil-Ministeru’—Billi Tkun Pijunier?” L-ewwel waħda miż-żewġ serje taʼ taħditiet hija intitolata “Żomm Sod Kontra t-Tnassis tax-Xitan.” Din se tgħinna nidentifikaw u niċħdu t-tnassis makakk tax-Xitan fil-qasam tat-teknoloġija, id-divertiment, u l-edukazzjoni. Is-serje taʼ taħditiet “Ikseb il-Qawwa Biex Tirreżisti f’Dan il-Jum il-Ħażin” se turina kif nistgħu napplikaw iktar bis-sħiħ il-parir ispirat misjub f’Efesin 6:10-18.
Hemm konnessjoni diretta bejn li nirbħu l-ħażen mill-qalba tiegħu u li nippridkaw il-messaġġ tas-Saltna. (Riv. 12:17) Mhux taʼ b’xejn li Satana jattakka bla heda lix-Xhieda taʼ Ġeħova! (Is. 43:10, 12) Imma x-Xitan se jfalli bl-ikrah minħabba li aħna determinati biex nibqgħu ‘nirbħu l-ħażen bit-tajjeb.’ Agħmel arranġamenti speċifiċi biex tibbenefika bis-sħiħ mill-erbaʼ sessjonijiet kollha taʼ din l-assemblea tas-circuit.