Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Inkludi kummenti mill-indokratur tas-servizz dwar kif marret il-kongregazzjoni hi u tkopri t-territorju bil-fuljett il-ġdid Tixtieq Tkun Taf il-Verità? Irrivedi fil-qosor l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet għat-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! t’Ottubru-Diċembru li jinsabu f’paġna 4. Ladarba ħafna pubblikaturi diġà bdew joffru dawn ir-rivisti, stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar kif ippreżentaw ir-rivisti b’riżultati tajbin.
15 min: Ikkultiva Attitudni taʼ Mħabba u Ġenerożità. Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa, tal-15 taʼ Novembru, 2008, paġni 6-7.
20 min: “Għandna Teżori Prezzjużi X’Naqsmu m’Oħrajn.”a Meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 2 stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar veritajiet Bibliċi speċifiċi li ġibduhom lejn l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova jew li bdew jifhmuhom iktar bis-sħiħ wara l-magħmudija tagħhom.
Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna.
15 min: Kaxxa għall-Mistoqsija.b
20 min: “Int Tistaʼ Tkun Għalliem!”c Intervista pubblikatur jew pijunier li xi darba kien iħoss li m’huwiex kapaċi jikkonduċi studju tal-Bibbja. Kif straħ fuq Ġeħova għall-għajnuna? B’liema modi speċifiċi ġie megħjun mill-organizzazzjoni biex isir kwalifikat? Liema barkiet esperjenza minħabba li ħa sehem fix-xogħol taʼ l-istudji tal-Bibbja?
Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Novembru
15 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal Diċembru, u ħejji preżentazzjoni waħda jew tnejn. Iddiskuti l-artiklu “Programm Ġdid tal-Jum t’Assemblea Speċjali,” li jidher fil-Ministeru tas-Saltna t’Awissu, 2008. Ħabbar id-data tal-jum t’assemblea speċjali li jmiss jekk inhi disponibbli.
15 min: Bżonnijiet lokali.
15 min: Int Rifreskanti għal Oħrajn? Diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Novembru, 2007, paġni 15-17.
Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jagħtu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Novembru. Ħabbar l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa għall-jum taʼ festa pubblika nhar it-Tnejn, 8 taʼ Diċembru.
15 min: Esperjenzi lokali. Informa lill-kongregazzjoni dwar kemm ġie kopert territorju bit-tqassim tal-fuljett Tixtieq Tkun Taf il-Verità? Stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw esperjenzi li gawdew meta qassmu l-fuljett jew meta użawh biex jibdew studji tal-Bibbja. Ukoll, irrakkonta esperjenzi inkuraġġanti rigward it-tqassim tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? f’Novembru. Jistgħu jiġu reċtati esperjenza jew tnejn li jispikkaw.
20 min: “Ħejji lill-Ġodda Biex Jiffaċċjaw l-Oppożizzjoni.”d Meta tikkunsidra paragrafu 2, ikkunsidra fil-qosor kif l-informazzjoni fil-ktieb Reasoning taħt it-titlu “Jehovah’s Witnesses” (Xhieda taʼ Ġeħova) tistaʼ tgħin lil studenti ġodda tal-Bibbja biex iwieġbu mistoqsijiet li jagħmlulhom qraba u ħbieb li jinkwetaw għalihom.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.