LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/09 p. 2
  • Lesti Intom għall-Iskola?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lesti Intom għall-Iskola?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Materjal Simili
  • Lesti Wliedek?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Żgħażagħ—Ħudu Vantaġġ mill-Iskola
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Iżżommx Lura
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Jitħarrġu l-predikaturi tas-Saltna
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 8/09 p. 2

Lesti Intom għall-​Iskola?

1. Liema opportunitajiet hemm jistennewkom hekk kif tibdew l-​iskola?

1 Kemm jekk hi l-​ewwel sena tagħkom fl-​iskola u kemm jekk hi sena oħra, intom iż-​żgħażagħ Kristjani tiffaċċjaw sfidi u pressjonijiet ġodda. Imma għandkom ukoll quddiemkom opportunitajiet ġodda biex ‘tixhdu għall-​verità.’ (Ġw. 18:37) Intom preparati sew u lesti biex tagħtu xhieda?

2. B’liema modi intom lesti għall-​iskola?

2 Sabiex jgħinkom tirnexxu f’kull aspett tal-​ħajja, intom irċivejtu ħafna taħriġ minn Ġeħova, mill-​ġenituri tagħkom, u mill-​ilsir leali u għaqli. (Prov. 1:8; 6:20; 23:23-25; Efes. 6:1-4; 2 Tim. 3:16, 17) Bla dubju, s’issa tafu liema sfidi għandkom tistennew fl-​iskola tagħkom. B’taħriġ minn Ġeħova u bl-​għarfien dwar l-​ambjent li se tiffaċċjaw, ippreparaw ruħkom biex tagħtu xhieda. (Prov. 22:3) Qisu bis-​serjetà l-​istruzzjoni u s-​suġġerimenti Skritturali t’għajnuna li hemm fiż-​żewġ volumi taʼ Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu kif ukoll f’artikli relatati pubblikati regolarment fi Stenbaħ!

3. B’liema modi se tkunu tistgħu tagħtu xhieda?

3 It-​territorju uniku tagħkom se jippermettilkom tagħtu xhieda b’ħafna modi. Meta oħrajn josservaw l-​ilbies u d-​dehra eżemplari tagħkom, il-​kondotta u d-​diskors tagħkom, ir-​rispett tagħkom lejn sħabkom tal-​klassi u l-​għalliema, u saħansitra l-​marki li ġġibu, u jħossu li għandkom pedament sod fil-​ħajja, xi wħud għandhom mnejn jistaqsu, “Għala intom daqshekk differenti?” (Mal. 3:18; Ġw. 15:19) Tistaʼ tinfetħilkom opportunità biex tagħtu xhieda u tispjegaw il-​konvinzjonijiet tagħkom. (1 Tim. 2:9, 10) Matul is-​sena, x’aktarx li se tiffaċċjaw sfidi bħalma huma ċ-​ċerimonji u l-​btajjel nazzjonalistiċi. Jekk jistaqsukom għala ma tipparteċipawx, se tgħidulhom sempliċement, “Dan imur kontra r-​reliġjon tiegħi; jien wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova,” jew se tieħdu l-​opportunità biex tagħtu xhieda dwar Missierkom, Ġeħova, li jħobbkom? Preparazzjoni tajba bid-​direzzjoni taʼ Ġeħova se tgħinkom tkunu lesti biex tagħtu xhieda mill-​aħjar lill-​għalliema, lil sħabkom l-​istudenti, u lil oħrajn.—1 Pt. 3:15.

4. Għala intom fiduċjużi li jistaʼ jkollkom sena skolastika taʼ suċċess?

4 Għalkemm forsi tħossukom xi ftit beżgħanin biex tmorru l-​iskola, kunu afu li għandkom l-​appoġġ taʼ ħafna li jridu li jkollkom sena skolastika taʼ suċċess. Barra minn hekk, aħna nithennew magħkom minħabba l-​prospetti li għandkom biex tagħtu xhieda lil oħrajn fit-​territorju uniku tagħkom. Għalhekk, kunu kuraġġużi u lesti għall-​iskola!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja