Skeda għall-Ġimgħa li Tibda 26 t’Ottubru
ĠIMGĦA LI TIBDA 26 T’OTTUBRU
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Dewteronomju 11-13
Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
□ Laqgħa tas-Servizz:
5 min: Avviżi.
10 min: Ipprepara Biex Toffri t-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Taħdita. Irrivedi l-kontenut tar-rivisti kurrenti, u enfasizza liema artikli jistgħu jkunu t’interess fit-territorju lokali. Inkludi turija li fiha ġenitur jgħin lit-tifel jew lit-tifla biex tipprepara għall-ministeru. Il-ġenitur u t-tifel jew it-tifla jagħżlu artiklu, jaħsbu dwar mistoqsija, u jagħżlu liema skrittura se jużaw. Imbagħad, it-tifel jew it-tifla turi l-preżentazzjoni tagħha u ssemmi l-arranġament tad-donazzjonijiet.
10 min: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Diskussjoni mal-udjenza. Staqsi lil dawk fl-udjenza biex isemmu liema kapitli fil-ktieb irnexxielhom jużaw bl-iktar mod effettiv fit-territorju lokali. Meta introduċew il-ktieb, liema mistoqsija, stampa, jew skrittura użaw? Ħejji biex tintwera preżentazzjoni waħda.
10 min: Kaxxa għall-Mistoqsija. Diskussjoni mal-udjenza. Aqra u ddiskuti l-iskritturi fil-kaxxa.