Ġieli Wrejt Kif Isir Studju fuq l-Ewwel Żjara?
Meta jiġu offruti studju tal-Bibbja, xi inkwilini jgħidu li mhumiex interessati jew li għandhom studju tal-Bibbja fil-knisja tagħhom. Ladarba ma jafux li aħna nistudjaw il-Bibbja b’mod differenti minn gruppi reliġjużi oħrajn, huma m’għandhomx idea dwar kemm din tistaʼ tkun esperjenza informattiva u pjaċevoli. Għalhekk, minflok ma sempliċement toffri l-istudju, għala ma tiħux żewġ minuti fuq l-ewwel żjara biex turihom kif isir studju tal-Bibbja? Biex nagħtu tixbiha: M’għandekx sempliċement tgħidilhom li int kok tajjeb u toffrilhom li tiġi lura b’ikla; dewwaqhom l-ikel minnufih! Dan hu mod wieħed kif tistaʼ tagħmel dan fi ftit minuti, skont suġġeriment minn paġna 6 tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar 2006.
“Taħseb li għad jasal jum meta dan il-kliem se jitwettaq? [Aqra Isaija 33:24, u agħti ċans għal tweġiba.] Ħalli nurik xi ħaġa interessanti dwar is-suġġett.” Agħti lill-inkwilin kopja tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? u urih paragrafu 22 f’paġna 36. Aqra l-mistoqsija fil-parti t’isfel tal-paġna u staqsi lill-inkwilin biex ifittex it-tweġiba int u taqra l-paragrafu. Imbagħad erġaʼ staqsi l-mistoqsija u agħti widen għat-tweġiba tal-inkwilin. Aqraw skrittura oħra flimkien. Qajjem mistoqsija li tistaʼ tiġi mwieġba fiż-żjara li jmiss, u rranġa l-ħin u l-jum eżatt meta se tmur lura. Għadek kif bdejt studju tal-Bibbja!