LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/10 p. 3
  • Se Tibda Studju tal-Bibbja Matul Ottubru?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se Tibda Studju tal-Bibbja Matul Ottubru?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • Kif Tibda Studji bil-Ktieb X’Tgħallem il-Bibbja?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Użah f’Kull Opportunità
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Kampanja b’Fuljett Speċjali mill-20 t’Ottubru sas-16 taʼ Novembru!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Għandna Għodda Ġdida biex Nibdew Studji tal-Bibbja!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 9/10 p. 3

Se Tibda Studju tal-​Bibbja Matul Ottubru?

1 Ir-​rivisti It-​Torri tal-​Għassa u Stenbaħ! huma l-​offerta għal Ottubru. Sabiex nikkultivaw l-​interess, aħna mħeġġin nippreżentaw il-​fuljett Tixtieq Tkun Taf il-​Verità? u nistinkaw biex nibdew studju tal-​Bibbja. Kif nistgħu nwettqu dan meta nagħmlu ż-​żjara lura?

2 Kif Tuża l-​Fuljett: Nistgħu ngħidu: “Ir-​rivisti li ħallejtlek jinkuraġġixxu lin-​nies li ġejjin minn kull sfond u reliġjon biex jeżaminaw il-​Bibbja. [Agħti l-​fuljett Taf il-​Verità lill-​inkwilin u iġbed l-​attenzjoni lejn il-​mistoqsijiet taʼ quddiem.] Hawn insibu xi mistoqsijiet interessanti li l-​Bibbja tagħti tweġibiet sodisfaċenti għalihom. Qatt staqsejt xi waħda minn dawn il-​mistoqsijiet?” Wara li jkun wieġbek l-​inkwilin, ikkunsidraw flimkien mill-​fuljett it-​tweġiba għal waħda mill-​mistoqsijiet li jkollu, u aqra waħda mill-​iskritturi ċitati. Imbagħad, spjega li dan hu biss ftit minn dak li tgħallem il-​Bibbja, u offrilu l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? Imbagħad nistgħu niddiskutu l-​paragrafi tal-​ftuħ taʼ kapitlu li jkun għażel hu mill-​werrej. Jew nistgħu nagħżlu li nfittxu xi mkien ieħor fejn hemm iktar informazzjoni dwar is-​suġġett li nkunu ddiskutejna mill-​fuljett. Dawn huma r-​referenzi li nistgħu nużaw:

● Veru li Alla jimpurtah minna? (pp. 9-​11, para. 6-​10)

● Il-​gwerer u t-​tbatija qatt se jispiċċaw? (p. 12, para. 12-​13)

● X’jiġrilna meta mmutu? (pp. 59-​60, para. 7-​8)

● Hemm xi tama għall-​mejtin? (p. 71, para. 13-​15)

● Kif nistaʼ nitlob b’mod li Alla jismagħni? (pp. 166-​167, para. 5-​8)

● Kif jistaʼ jkolli l-​hena f’ħajti? (p. 9, para. 4-​5)

3 M’għandniex xi ngħidu, jekk iċ-​ċirkustanzi ma jippermettulniex li nibdew studju tal-​Bibbja u nuru kif dan isir fl-​ewwel żjara lura, dejjem nistgħu nagħmlu arranġamenti biex immorru lura u nkomplu d-​diskussjoni tagħna. U skont l-​interess taʼ dak li jkun, aħna nistgħu saħansitra nagħżlu li niddiskutu iktar minn mistoqsija waħda mill-​fuljett f’diversi żjajjar qabel ma nintroduċu l-​ktieb. Jalla nagħmlu użu tajjeb minn dan il-​fuljett utli matul Ottubru sabiex nibdew studju tal-​Bibbja u ngħinu lil uħud taʼ qalb onesta jsiru ‘jafu l-​verità.’—Ġw. 8:31, 32.

[Mistoqsijiet taʼ Studju]

1. X’inhi l-​offerta għal Ottubru?

2. Kif nistgħu nużaw il-​fuljett Taf il-​Verità biex nibdew studju tal-​Bibbja meta nagħmlu żjara lura lil xi ħadd li jkun aċċetta r-​rivisti?

3. Kif nistgħu invarjaw il-​preżentazzjoni tagħna skont iċ-​ċirkustanzi?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja