Kif Tibda Studji bil-Ktieb X’Tgħallem il-Bibbja?
Ħafna minna kieku nieħdu gost nikkonduċu studji tal-Bibbja li kieku biss nistgħu nibdew l-istudju. Il-ktieb il-ġdid Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? jistaʼ jgħinna. L-introduzzjoni f’paġni 3-7 hija disinjata biex iddaħħal lill-inkwilin f’diskussjoni dwar il-Bibbja billi tuża l-ktieb. Anki dawk li għandhom esperjenza limitata fil-ministeru se jsibuha faċli li jużawh biex jibdew studji.
◼ Tistaʼ tipprova dan il-metodu billi tuża paġna 3:
Wara li ssemmi xi ġrajja li hemm fl-aħbarijiet jew xi problema li qiegħda fl-imħuħ tan-nies fit-territorju tiegħek, idderieġi l-attenzjoni taʼ l-inkwilin għall-mistoqsijiet b’tipi grassi f’paġna 3, u stiednu jikkummenta fuqhom. Imbagħad dawwar għal paġni 4-5.
◼ Jew forsi tippreferi tibda billi toħroġ xi punti minn paġni 4-5:
Tistaʼ tgħid, “Ma tkunx xi ħaġa mill-isbaħ kieku l-bidliet li jidhru hawn verament iseħħu?” Jew forsi tistaqsi, “Liema minn dawn il-wegħdi tixtieq li tara titwettaq?” Ismaʼ t-tweġiba b’attenzjoni.
Jekk l-inkwilin juri interess speċjali f’waħda mill-iskritturi, urih x’tgħallem il-Bibbja fuq dan is-suġġett billi tikkunsidra l-paragrafi li jiddiskutu dik l-iskrittura. (Ara l-kaxxa f’din il-paġna taʼ l-insert.) Ikkunsidra l-materjal daqslikieku kien studju tal-Bibbja. Tistaʼ tagħmel dan f’ħames jew għaxar minuti fl-ewwel żjara, fuq l-għatba tal-bieb.
◼ Metodu ieħor hu li tgħin lill-inkwilin jesprimi ruħu billi tuża paġna 6:
Idderieġi l-attenzjoni taʼ l-inkwilin lejn il-mistoqsijiet fl-aħħar tal-paġna, u staqsi, “Ġieli ħsibt dwar xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet?” Jekk jesprimi interess f’waħda mill-mistoqsijiet, mur fil-paragrafi tal-ktieb li jwieġbu dik il-mistoqsija. (Ara l-kaxxa f’din il-paġna taʼ l-insert.) Hekk kif tikkunsidraw l-informazzjoni flimkien, int tkun qed tikkonduċi studju tal-Bibbja.
◼ Tistaʼ tuża paġna 7 biex turi kif isir studju tal-Bibbja:
Aqra l-ewwel tliet sentenzi fil-paġna u mbagħad mur f’kapitlu 3 u uri kif isir studju billi tuża paragrafi 1-3. Agħmel arranġamenti biex terġaʼ tmur u tiddiskuti t-tweġibiet għall-mistoqsijiet f’paragrafu 3.
◼ Kif tiftiehem biex terġaʼ tmur:
Meta tkun qed tikkonkludi l-ewwel studju, irranġa biex tkompli d-diskussjoni. Tistaʼ sempliċement tgħid: “Fi ftit minuti, aħna sirna nafu x’tgħallem il-Bibbja fuq suġġett importanti. Darb’oħra nistgħu niddiskutu [ħallih b’mistoqsija li se tkun kunsidrata]. Nistaʼ ngħaddi dal-ħin il-ġimgħa d-dieħla?”
Hekk kif nersqu qrib iż-żmien stabbilit taʼ Ġeħova, hu jkompli jarmana għax-xogħol li għandna nagħmlu. (Mt. 28:19, 20; 2 Tim. 3:17) Ejjew nużaw b’mod effettiv din l-għodda meraviljuża ġdida biex nibdew studji tal-Bibbja.
[Kaxxa f’paġna 3]
Diskussjoni taʼ l-Iskritturi f’Paġni 4-5
◻ Rivelazzjoni 21:4 (pġi. 27-8, pari. 1-3)
◻ Isaija 33:24; 35:5, 6 (pġ. 36, par. 22)
◻ Ġwanni 5:28, 29 (pġi. 72-3, pari. 17-19)
◻ Salm 72:16 (pġ. 34, par. 19)
Tweġibiet għall-Mistoqsijiet f’Paġna 6
◻ Għala nsofru? (pġi. 108-9, pari. 6-8)
◻ Kif nistgħu nkampaw maʼ l-ansjetajiet tal-ħajja? (pġi. 184-5, pari. 1-3)
◻ Kif jistaʼ jkollna ħajja tal-familja iktar ferħana? (pġ. 143, par. 20)
◻ X’jiġrilna meta mmutu? (pġi. 58-9, pari. 5-6)
◻ Qatt se nerġgħu narawhom l-għeżież tagħna li mietu? (pġi. 72-3, pari. 17-19)
◻ Kif nistgħu nkunu żguri li Alla se jwettaq il-wegħdi tiegħu għall-futur? (pġ. 25, par. 17)