Xi Jqanqalna Nippritkaw?
1. X’inhi r-rabta bejn l-imħabba u l-ministeru tagħna?
1 L-iktar xogħol sinifikanti li nistgħu nagħmlu llum hu li nippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla. Tabilħaqq, b’din l-attività nkunu qed nobdu l-akbar żewġ kmandamenti, jiġifieri, li nħobbu lil Ġeħova u nħobbu lill-proxxmu tagħna. (Mk. 12:29-31) L-imħabba hi forza qawwija li tqanqalna nkunu ministri żelużi.—1 Ġw. 5:3.
2. L-ippritkar tagħna kif juri li nħobbu lil Ġeħova?
2 Imħabba Għal Ġeħova: L-imħabba għall-akbar Ħabib tagħna, Ġeħova, tqanqalna niddefenduh. Ilu xi 6,000 sena jiġi mkażbar minn Satana. (2 Kor. 4:3, 4) Għalhekk, xi wħud jemmnu li Alla jitturmenta lill-midinbin fin-nar tal-infern, li hu parti minn Trinità misterjuża, u li ma jimpurtahx mill-bnedmin. Ħafna wħud saħansitra waslu għall-konklużjoni li ma jeżistix. Kemm nixtiequ li n-nies ikunu jafu l-verità dwar Missierna tas-sema! L-isforzi ħabrieka tagħna biex inkunu xhieda t’Alla jferrħu lilu u jiffrustraw lil Satana.—Prov. 27:11; Ebr. 13:15, 16.
3. Il-ministeru tagħna b’liema mod juri mħabba għall-proxxmu?
3 Imħabba għall-Proxxmu: Kull darba li nagħtu xhieda lil xi ħadd inkunu qed nuru li nħobbuh. In-nies tassew għandhom bżonn jisimgħu l-aħbar tajba matul dawn iż-żminijiet kritiċi. Ħafna nies huma bħan-Ninwin fi żmien Ġona li “lanqas biss jafu d-differenza bejn idhom il-leminija u x-xellugija.” (Ġona 4:11) Il-ministeru tagħna jgħallem lin-nies kif jgħixu ħajja hienja u taʼ suċċess. (Is. 48:17-19) Jagħtihom tama. (Rum. 15:4) Jekk jagħtu widen u jaġixxu fi qbil maʼ dak li jitgħallmu, ‘isalvaw.’—Rum. 10:13, 14.
4. X’qatt ma se jintesa minn Ġeħova?
4 Tfal bil-għaqal ma jurux imħabbithom lejn il-ġenituri f’ċerti ħinijiet biss fil-ġimgħa. Jistinkaw biex juru mħabbithom il-ħin kollu. Bl-istess mod, imħabba b’saħħitha għal Alla u għall-proxxmu se tqanqalna noqogħdu b’sebaʼ għajnejn għal opportunitajiet biex nagħtu xhieda fi kwalunkwe ħin, u mhux f’ċerti ħinijiet biss fil-ġimgħa. Se nippritkaw bla heda. (Atti 5:42) Imħabba bħal din qatt ma se tintesa minn Ġeħova.—Ebr. 6:10.