Il-Kelma t’Alla Tiswa Biex Tgħallem
1. X’inhi t-tema tal-assemblea tas-circuit għas-sena taʼ servizz 2014, u liema mistoqsija se tiġi mwieġba matul il-programm?
1 “L-Istruttur Grandjuż” tagħna, Ġeħova, huwa l-aqwa għalliem fl-univers. (Is. 30:20, 21) Iżda Ġeħova kif jgħallimna? Hu pprovda ktieb li jisboq lill-kotba l-oħrajn kollha—il-Kelma mnebbħa tiegħu, il-Bibbja. It-tagħlim divin kif jistaʼ jkun taʼ benefiċċju għalina fiżikament, mentalment, emozzjonalment, u spiritwalment? It-tweġiba għal din il-mistoqsija se tiġi kunsidrata matul il-programm tal-assemblea tas-circuit għas-sena taʼ servizz 2014. It-tema tal-programm, “Il-Kelma t’Alla Tiswa Biex Tgħallem,” hi bbażata fuq it-2 Timotju 3:16.
2. Il-punti prinċipali se jiġu enfasizzati mit-tweġibiet għal liema mistoqsijiet?
2 Fittex Dawn il-Punti Prinċipali: Il-punti prinċipali tal-programm se jiġu enfasizzati mit-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet:
• It-tagħlim divin liema effett għandu fuq ħajjitna? (Is. 48:17, 18)
• Jekk nipprovaw nagħmlu bidliet fiċ-ċirkustanzi tagħna sabiex naqdu lil Ġeħova full-time, minn xiex nistgħu nkunu ċerti? (Mal. 3:10)
• X’għandha tkun ir-reazzjoni tagħna meta niltaqgħu maʼ ‘tagħlim barrani’? (Ebr. 13:9)
• Kif nistgħu nimitaw ‘il-mod kif għallem’ Ġesù? (Mt. 7:28, 29)
• L-għalliema fil-kongregazzjoni għala għandhom jgħallmu lilhom infushom? (Rum. 2:21)
• Il-Kelma t’Alla għal xiex tiswa? (2 Tim. 3:16)
• In-nies kif jiġu effettwati mit-‘tregħid’ tal-ġnus? (Ħag. 2:6, 7)
• Ġeħova liema fiduċja għandu fina? (Efes. 5:1)
• Għala għandna naħdmu iebes biex nibqgħu fit-tagħlim taʼ Ġeħova? (Lq. 13:24)
3. Għala hu importanti li nattendu dan il-programm f’waqtu u nagħtu attenzjoni bis-sħiħ?
3 Fit-2 Timotju kapitlu 3, eżatt qabel ma kiteb il-kliem li fuqu hi bbażata t-tema taʼ dan il-programm, Pawlu ddeskriva ż-żminijiet kritiċi li kellhom jikkaratterizzaw l-aħħar jiem. Hu kiteb: “In-nies mill-agħar u l-impusturi jibqgħu sejrin mill-ħażin għall-agħar, iqarrqu u jitqarrqu.” (2 Tim. 3:13) Sabiex ma niġux żvijati, huwa importanti ferm li nagħtu widen għat-tagħlim divin u napplikawh. Għalhekk, jalla nkunu determinati li nattendu dan il-programm f’waqtu u nagħtu attenzjoni bis-sħiħ.