Skeda għall-Ġimgħa li Tibda fid-9 taʼ Diċembru
ĠIMGĦA LI TIBDA FID-9 TAʼ DIĊEMBRU
Għanja 84 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
jl Lezzjonijiet 17-19 (30 min.)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: 1 Ġwanni 1–Ġuda (10 min.)
Nru. 1: 1 Ġwanni 5:1-21 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Kif Għandna Niftakruh lil Ġesù Kristu?—Lq. 1:32, 33; Ġw. 17:3 (5 min.)
Nru. 3: L-Ispirtu Qaddis Mhuwiex Persuna—td 40D (5 min.)
□ Laqgħa tas-Servizz:
15 min: L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2014. Taħdita mingħand l-indokratur tal-iskola. Iddiskuti punti li l-kongregazzjoni lokali se ssib l-aktar taʼ benefiċċju mill-istruzzjonijiet għall-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2014. Spjega li jekk il-qari tal-Bibbja jikkonsisti fil-kapitli tal-ftuħ tal-ktieb, il-ħu li jkun qed jagħmel il-punti prinċipali għandu jiżviluppa l-materjal bħall-kapitli l-oħrajn u mhux kif kien qed isir qabel. Barra minn hekk, meta l-Inkarigi Nru. 2 u Nru. 3 jirreferu għal paragrafi fit-Torri tal-Għassa li ma kinux artikli taʼ studju, għandek tgħodd biss il-paragrafi li l-ewwel sentenza tkun imressqa ftit ’il ġewwa. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex iwettaq l-inkarigi tiegħu b’diliġenza, biex jipparteċipa fil-punti prinċipali mill-Bibbja, u biex japplika s-suġġerimenti li jingħataw kull ġimgħa mill-ktieb Skola tal-Ministeru.
15 min: “Kif Tipprepara Introduzzjonijiet Effettivi.” Mistoqsija u tweġiba. Ħejji żewġ introduzzjonijiet li fihom joffru l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem?, l-ewwel waħda ma tkunx effettiva u taʼ warajha tkun.
Għanja 60 u Talba