LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/13 p. 1
  • Kif Tipprepara Introduzzjonijiet Effettivi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tipprepara Introduzzjonijiet Effettivi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Materjal Simili
  • Intejbu l-​abbiltajiet tagħna fil-​ministeru—Nippreparaw l-​introduzzjoni tagħna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
Il-Ministeru tas-Saltna—2013
km 12/13 p. 1

Kif Tipprepara Introduzzjonijiet Effettivi

1. Kemm hu importanti li jkollok introduzzjoni effettiva?

1 Sewwasew bħalma starter tajjeb jiftaħ l-​aptit għall-​ikla taʼ wara, introduzzjoni tajba twitti t-​triq għal diskussjoni Skritturali pożittiva. Introduzzjonijiet effettivi għandhom mnejn ivarjaw fit-​tul u s-​suġġett, imma bħal ikel bnin, dejjem jeħtieġu ħsieb u preparazzjoni minn qabel. (Prov. 15:28) Kif tistaʼ tagħmel introduzzjoni effettiva?

2. Kif nistgħu nippreparaw introduzzjoni li tkun interessanti?

2 Agħżel Suġġetti taʼ Interess: L-​introduzzjoni tagħna għandha tqanqal l-​interess inkella l-​inkwilin għandu mnejn itemm il-​konversazzjoni. Għalhekk, meta tipprepara aħseb f’dak li jinteressa n-​nies fit-​territorju tiegħek. Jinteressahom li jkollhom gvern tajjeb, ħajja tal-​familja hienja, jew li jaraw it-​tmiem tal-​gwerer? Ġeneralment in-​nies iħobbu jagħtu l-​opinjoni tagħhom, għalhekk ipprepara mistoqsija li tqanqal il-​ħsieb. Tistaʼ int tuża waħda mill-​eżempji taʼ introduzzjonijiet li nsibu fil-​Ministeru tas-​Saltna u tadattaha għat-​territorju tiegħek? Kultant żmien, għala ma tipprattikax xi introduzzjonijiet matul il-​lejla tal-​Qima tal-​Familja tiegħek?

3. Kif nistgħu nfasslu l-​introduzzjoni tagħna skont il-​kultura u t-​trobbija taʼ dawk fit-​territorju tagħna?

3 Ikkunsidra l-​Kultura u t-​Trobbija: F’xi postijiet, hu mistenni li dak li jkun mill-​ewwel jgħid għala qed iżur lin-​nies. F’xi postijiet oħrajn tkun maledukazzjoni jekk l-​ewwel ma jistaqsix kif inhuma tal-​familja u forsi jaqsam xi informazzjoni persunali. F’xi nħawi, it-​trobbija reliġjuża tan-​nies tippermettilna nirreferu għall-​Bibbja fl-​introduzzjoni tagħna. (Atti 2:14-​17) Madankollu, fejn in-​nies mhumiex Kristjani, jew m’għandhom l-​ebda reliġjon, jaf ikun aħjar jekk issemmi l-​Bibbja fiż-​żjara lura minflok fl-​ewwel żjara.—Atti 17:22-​31.

4. Għal xiex għandna noqogħdu attenti meta ngħidu l-​ewwel ftit kliem tal-​introduzzjoni tagħna?

4 L-​Ewwel Ftit Kliem: Ipprepara l-​ewwel ftit kliem tiegħek bir-​reqqa. Ġeneralment ikun aħjar jekk tuża sentenzi qosra u sempliċi. Huwa importanti wkoll il-​mod kif tgħidu. Kun entużjast. Tbissem b’mod sinċier u dħuli biex turi li għandek interess persunali fl-​inkwilin. Jekk insegwu dawn is-​suġġerimenti se niġu megħjuna nippreparaw introduzzjonijiet appetitużi li jinkuraġġixxu lin-​nies fit-​territorju tagħna biex jieklu mill-​“mejda taʼ Ġeħova.”—1 Kor. 10:21.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja