Skeda għall-Ġimgħa li Tibda fis-16 taʼ Diċembru
ĠIMGĦA LI TIBDA FIS-16 TAʼ DIĊEMBRU
Għanja 116 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
jl Lezzjonijiet 20-22 (30 min.)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Rivelazzjoni 1-6 (10 min.)
Nru. 1: Rivelazzjoni 3:14–4:8 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: L-Użu tax-Xbihat Jiddiżonora lil Alla—td 41A (5 min.)
Nru. 3: Ġesù b’Liema Modi ‘Ħalla Mudell’ għad-Dixxipli Tiegħu?—Ġw. 13:15 (5 min.)
□ Laqgħa tas-Servizz:
10 min: X’Wettaqna? Diskussjoni mill-indokratur tas-servizz. Informa lill-kongregazzjoni dwar kemm ġie kopert territorju matul il-kampanja tal-fuljett Aħbar tas-Saltna Nru. 38. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar kif ibbenefikaw billi ħadu sehem fil-kampanja u biex jirrakkontaw esperjenzi li spikkaw.
10 min: Iż-Żgħażagħ—Ħa Jfaħħru lil Ġeħova! (Salm 148:12, 13) Intervista żewġ żgħażagħ eżemplari jew tlieta. Liema sfidi jiffaċċjaw l-iskola minħabba t-twemmin tagħhom? Kif il-ġenituri tagħhom jew oħrajn għenuhom jilqgħu dawn l-isfidi? Kif kisbu l-kuraġġ biex jitkellmu dwar it-twemmin Kristjan tagħhom? Stidinhom jirrakkontaw esperjenzi.
10 min: “Mis-6 taʼ Jannar Se Nibdew Nistudjaw il-Ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah.” Mistoqsija u tweġiba.
Għanja 75 u Talba