Skeda għall-ġimgħa li tibda fl-4 t’Awwissu
ĠIMGĦA LI TIBDA FL-4 T’AWWISSU
Għanja 51 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 11 ¶1-8 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Numri 4-6 (10 min.)
Nru. 1: Numri 4:17-33 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Ġesù għala hu s-Sultan ideali?—fg lezzjoni 7, mistoqsija 2 (5 min.)
Nru. 3: Baruk—Ġeħova se jagħtina ‘ruħna’ bħala priża—jr kap. 9 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
10 min: Offri r-rivisti matul Awwissu. Diskussjoni. Billi tuża l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet fuq din il-paġna, ħejji turija taʼ kif jistgħu jiġu offruti r-rivisti lil xi ħadd waqt li nkunu qed nieħdu sehem fil-kampanja speċjali fi tmiem il-ġimgħa. Imbagħad stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar dawn il-mistoqsijiet: Għala għandna noffru r-rivisti fi tmiem il-ġimgħa f’Awwissu meta jkun xieraq li nagħmlu dan? X’inhuma xi okkażjonijiet meta dan ikun xieraq?
10 min: Tistaʼ tagħmel lilek innifsek disponibbli? Taħdita li tqanqal lill-udjenza minn anzjan ibbażata fuq l-insert li jidher fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Ġunju 2001. Iffoka fuq paragrafi 6-12, u 19-20. Inkuraġġixxi lill-ġenituri biex jgħinu lil uliedhom jikkunsidraw is-servizz taʼ Betel bħala karriera. Intervista lil membru jew tnejn tal-familja Betel, jew jekk fil-kongregazzjoni m’hemmx Beteliti intervista lil xi ħadd li jaħdem hemm partajm. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex waqt il-lejla tal-Qima tal-Familja jiddiskuti l-insert.
10 min: Kif morna? Diskussjoni. Stieden lill-pubblikaturi biex jikkummentaw dwar kif ibbenefikaw billi applikaw il-punti mill-artiklu “Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nibdew konversazzjoni sabiex nagħtu xhieda informali.” Staqsi lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw xi esperjenzi sbieħ.
Għanja 75 u Talba