Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-27 t’Ottubru 2014.
L-Iżraelin għala gergru kontra Alla u Mosè bħalma naqraw f’Numri 21:5, u xi twissija hemm għalina f’dan ir-rakkont? [1 taʼ Set, w99 8/15 pp. 26-27]
Ġeħova għala inkorla bil-kbir kontra Balgħam? (Num. 22:20-22) [8 taʼ Set, w04 8/1 p. 27 para. 2]
Numri 25:11 x’jgħidilna dwar l-attitudni taʼ Fineħas, u kif nistgħu nimitawh? [8 taʼ Set, w04 8/1 p. 27 para. 4]
Mosè b’liema modi ħalla eżempju eċċellenti t’umiltà għalina llum? (Num. 27:5, 15-18) [15 taʼ Set, w13 3/1 p. 5]
Ġożwè u Kaleb kif ħallew eżempju mill-aqwa għalina jekk niskuraġġixxu ruħna minħabba l-problemi tagħna? (Num. 32:12) [22 taʼ Set, w13 8/15 p. 14 para. 22]
L-ubbidjenza taʼ wlied Selofeħad kif tistaʼ teffettwa l-ħarsa taʼ Kristjan mhux miżżewweġ lejn iż-żwieġ? (Num. 36:10-12) [29 taʼ Set, w08 2/15 pp. 4-5 para. 10]
X’ġara lill-Iżraelin talli bdew igergru u jitkellmu b’mod negattiv, u liema lezzjoni nistgħu nitgħallmu aħna minn dan ir-rakkont? (Dt. 1:26-28, 34, 35) [6 t’Ott, w13 8/15 p. 11 para. 7]
Sabiex ikollhom il-barka taʼ Ġeħova u jiffjorixxu fl-Art Imwiegħda, liema żewġ responsabbiltajiet kellhom iwettqu l-Iżraelin? (Dt. 4:9) [13 t’Ott, w06 6/1 p. 29 para. 15]
Il-ħwejjeġ tal-Iżraelin b’liema mod ma qdimux u saqajhom ma ntefħux waqt li kienu fid-deżert? (Dt. 8:3, 4) [20 t’Ott, w04 9/15 p. 26 para. 1]
Kif nistgħu napplikaw it-twissija li ngħatat lill-Iżraelin biex ‘jintrabtu’ maʼ Ġeħova? (Dt. 13:4, 6-9) [27 t’Ott, w02 10/15 p. 16 para. 14]