TEMA TAX-XAHAR: “IPPRIEDKA L-KELMA U AGĦMEL DAN B’URĠENZA.”—2 Tim. 4:2.
Kif jistaʼ jkollok sens t’urġenza għall-ippritkar?
Is-sens t’urġenza ma jiġix b’mod awtomatiku, imma huwa neċessarju li jkollna dan biex nibqgħu ħajjin wara t-tmiem taʼ din is-sistema. Billi nagħtu kas it-tfakkiriet li ġejjin, nistgħu nsaħħu s-sens t’urġenza tagħna.
Itlob b’mod regulari dwar is-Saltna.— Mt. 6:10.
Ipproteġi lil qalbek billi taqra l-Bibbja kuljum.—Ebr. 3:12.
Agħmel użu tajjeb mill-ħin.—Efes. 5:15, 16; Flp. 1:10.
Żomm għajnek “sempliċi.” Tiġix aljenat mix-xewqat tad-dinja.—Mt. 6:22, 25; 2 Tim. 4:10.
Ibqaʼ għassa billi tibqaʼ attent għat-twettiq tal-profeziji tal-Bibbja.—Mk. 13:35-37.
Billi jkollna sens t’urġenza, se niġu motivati biex naħdmu kemm jistaʼ jkun fix-xogħol li għad irid jispiċċa!—Ġw. 4:34, 35.