Skeda għall-ġimgħa li tibda fit-3 taʼ Novembru
ĠIMGĦA LI TIBDA FIT-3 TAʼ NOVEMBRU
Għanja 79 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 15 ¶11-19 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Dewteronomju 14-18 (10 min.)
Nru. 1: Dewteronomju 15:16–16:8 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Għandek tabbanduna żwieġ li mhuwiex hieni?—fg lezzjoni 9, mistoqsija 3 (5 min.)
Nru. 3: David—Eżempju tal-umiltà—w04 4/1 p. 15 ¶3-6 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
10 min: Għin liż-żgħar jippreparaw għall-ministeru. Diskussjoni. Uri l-vidjow Become Jehovah’s Friend—Let’s Go in Service. (Mur f’jw.org/en, u kklikkja fuq BIBLE TEACHINGS > CHILDREN.) Saqsi liż-żgħar: Kemm minnkom għandu basket għas-servizz? X’għandek fil-basket? X’kienet l-ewwel ħaġa li Sophia tefgħet fil-basket tagħha? X’kellha bżonn iktar? Wara li lestiet il-basket, liema ħaġa importanti kienet se tagħmel m’ommha? Qabbad lil tifla jew tifel biex juri kif joffri r-rivisti.
10 min: Kif xi wħud jippritkaw il-kelma b’urġenza. Anzjan jintervista lil żewġ pubblikaturi jew tlieta li ħadu passi prattiċi biex jaġġustaw l-iskedi tagħhom ħalli jkunu jistgħu jżidu fil-ministeru jew ħalli jibdew jaqdu bħala pijunieri. Ikkonkludi billi tirrivedi l-arranġament tas-servizz tal-għalqa tal-kongregazzjoni, u ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu passi prattiċi ħalli jkollu sehem sħiħ fil-ministeru.
10 min: Il-ministeru tiegħek kif tjieb? Diskussjoni mill-indokratur tas-servizz. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar kif l-artikli reċenti bit-titlu “Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru” għenuhom jitjiebu f’diversi aspetti tal-ministeru. Ikkonkludi billi tħeġġeġ lil kulħadd biex ikompli jipprietka b’urġenza billi japplika s-suġġerimenti li hemm f’dawn l-artikli.
Għanja 100 u Talba