Għala għandek tkun “żeluż għal għemejjel tajbin”?
Int żeluż għal għemejjel tajbin? Bħala pubblikaturi tas-Saltna, aħna għandna kull raġun biex inkunu hekk. Għala? Ikkunsidra dak li naqraw f’Titu 2:11-14:
Vers 11: X’inhi “l-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla,” u kif nistgħu nibbenefikaw personalment minnha?—Rum. 3:23, 24.
Vers 12: Kif ġejna mgħallmin permezz tal-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla?
Versi 13 and 14: Issa li ġejna mnaddfin, liema tama għandna? U għal liema skop akbar ġejna mnaddfin minn dak kollu li hu kontra r-rieda t’Alla, jiġifieri minn dak li hu ħażin?
Dawn il-versi kif iqanqluk tkun żeluż għal għemejjel tajbin?