Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inħarrġu l-istudenti tal-Bibbja biex jiżviluppaw drawwiet tajbin għall-istudju
Għala hu importanti: Sabiex l-istudenti tal-Bibbja jagħmlu progress u jilħqu l-maturità spiritwali, m’għandhomx jikkuntentaw ruħhom biss bit-tagħlim bażiku tal-Kelma t’Alla. Imma għandhom jibqgħu jagħtu ikel spiritwali lil moħħhom u qalbhom. (Ebr. 5:12–6:1) Biex wieħed jistudja, jeħtieġ jagħmel sforz. Dan jinkludi li nagħmlu rabta bejn dak li diġà nafu u informazzjoni ġdida u li nagħrfu l-valur prattiku taʼ dak li qed nitgħallmu. (Prov. 2:1-6) Meta l-istudenti jitgħallmu jagħmlu riċerka waħedhom, se jkunu jistgħu jwieġbu mistoqsijiet tal-Bibbja billi jużaw il-pubblikazzjonijiet Kristjani tagħna. L-isforzi kbar li jagħmlu biex japplikaw dak li jitgħallmu se jgħinuhom biex jissaportu provi li jkollhom jiffaċċjaw bħala Kristjani.—Lq. 6:47, 48.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Qabel ma tibda sottitlu jew kapitlu ġdid, saqsi lill-istudent tal-Bibbja tiegħek biex fil-qosor jgħidlek dak li għadu kif tgħallem. Jekk m’għandekx student, ipprattika billi tgħid fil-qosor silta mill-Bibbja jew paragrafu mit-Torri tal-Għassa fi ftit sentenzi biex ittejjeb l-abbiltà li tifhem dak li qed taqra.