Hemm bżonn il-preparazzjoni biex tgħallem bis-sengħa
Ġesù ġie mistoqsi l-istess mistoqsija dwar il-ħajja taʼ dejjem minn tal-inqas darbtejn, imma kull darba addatta t-tweġiba tiegħu skont il-bżonnijiet taʼ dak li għamillu l-mistoqsija. (Lq. 10:25-28; 18:18-20) Għalhekk, għalkemm forsi nafu l-materjal tal-istudju tal-Bibbja sew, xorta għandna nippreparawh minn qabel waqt li nżommu l-istudent f’moħħna. Liema punti jaf isibha bi tqila biex jifhem jew jaċċetta? Liema mill-iskritturi ċitati jmissna naqraw miegħu? Kemm għandna nkopru materjal? Forsi jkollna bżonn nippreparaw tixbiha, spjegazzjoni, jew serje taʼ mistoqsijiet biex ngħinu lill-istudent jifhem sew l-informazzjoni. Minbarra dan, peress li hu Ġeħova li jagħmel iż-żerriegħa tal-verità tikber fil-qalb, għandna nitolbuh għall-barka tiegħu fuq il-preparazzjoni għall-istudju, fuq l-istudent, u fuq l-isforzi tagħna biex ngħinuh spiritwalment.—1 Kor. 3:6; Ġak. 1:5.