GĦIX BĦALA KRISTJAN
Jien meta nistaʼ naqdi bħala pijunier awżiljarju?
Il-viżjoni tat-tempju li kellu Eżekjel turi li n-nies taʼ Ġeħova kienu se jagħmlu offerti b’mod volontarju. Personalment, kif nistgħu nieħdu sehem f’li nagħmlu sagrifiċċji taʼ tifħir?—Eb 13:15, 16.
Mod eċċellenti hu billi naqdu bħala pijunier awżiljarju. Is-sena taʼ servizz 2018 fiha diversi xhur li għandhom ħames Sibtijiet jew ħamest Iħdud. Dan hu speċjalment t’għajnuna għal dawk li jaħdmu full-time u li jieħdu sehem fil-ministeru l-iktar fi tmiem il-ġimgħa. Barra minn hekk, il-pubblikaturi jistgħu jagħżlu li jagħmlu 30 jew 50 siegħa fix-xhur taʼ Marzu u April u matul ix-xahar taż-żjara tal-indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet.
Xi ngħidu jekk iċ-ċirkustanzi tagħna ma jippermettulniex li naqdu bħala pijunieri awżiljarji? Żgur li nistgħu nistinkaw biex intejbu l-kwalità tal-ministeru tagħna u forsi nagħmlu ftit sigħat iktar ukoll. Huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi tagħna, jalla l-imħabba li għandna għal Ġeħova tqanqalna nagħtuh l-aħjar tagħna matul is-sena taʼ servizz 2018!—Ħo 14:2.
Kif nistaʼ nimita l-eżempju taʼ Sabina Hernández?
ARA L-VIDJOW BL-GĦAJNUNA TAʼ ĠEĦOVA, NISTAʼ NAGĦMEL KWAŻI KOLLOX, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
X’qanqal lil Sabina biex tagħmel iktar fis-servizz taʼ Ġeħova?
L-eżempju taʼ Sabina kif jinkuraġġik?
Matul is-sena taʼ servizz 2018, liema xahar jew xhur tistaʼ taqdi bħala pijunier awżiljarju?