LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/07 pp. 4-5
  • Mira Siewja għas-Sena taʼ Servizz il-Ġdida

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mira Siewja għas-Sena taʼ Servizz il-Ġdida
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • Hemm Bżonn—55 Pijunier Awżiljarju
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Xandru maʼ Kullimkien il-Kwalitajiet Eċċellenti taʼ Ġeħova
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Se Nerġgħu Nagħmluh?—Appell Ieħor għal Pijunieri Awżiljarji
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Ippriedka u Agħti Xiehda bir-Reqqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 8/07 pp. 4-5

Mira Siewja għas-​Sena taʼ Servizz il-​Ġdida

1. Liema mira għandna mnejn nikkunsidraw għas-​sena taʼ servizz il-​ġdida?

1 Jeħtieġ li aħna npoġġu miri jekk irridu nagħmlu progress spiritwali. Liema miri persunali poġġejt għas-​sena taʼ servizz il-​ġdida? Mira eċċellenti hi li nagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju għal xahar jew iktar. Ladarba din l-​attività pjaċevoli normalment teħtieġ ftit ippjanar minn qabel, issa huwa żmien tajjeb biex tibda tippjana. Għala għandna nqisu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju bħala mira?

2. Liema raġunijiet għandna biex inpoġġu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju bħala mira?

2 Raġunijiet biex Naqdu Bħala Pijunieri Awżiljarji: Meta naqdu bħala pijunieri awżiljarji nkunu nistgħu nogħġbu lil Missierna tas-​sema “iktar bis-​sħiħ” billi nqattgħu iktar ħin fil-​ministeru. (1 Tess. 4:1) Hekk kif nikkunsidraw dak kollu li Ġeħova għamel magħna, qlubna jqanqluna biex ngħidu lil oħrajn dwaru. (Salm 34:​2, 3 [Salm 34:​1, 2, New World Translation]) Ġeħova josserva u japprezza s-​sagrifiċċji persunali li nagħmlu sabiex inwettqu iktar fil-​ministeru. (Ebr. 6:​10) Kemm nifirħu meta nkunu nafu li qed nogħġbu lil Ġeħova bix-​xogħol iebes tagħna.—1 Kron. 29:9.

3, 4. Kif nibbenefikaw meta nagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju?

3 Ġeneralment, iktar ma tagħmel xi ħaġa, iktar issir faċli u pjaċevoli li tagħmilha. Jekk tqattaʼ iktar ħin fil-​ministeru int se ssir iktar kunfidenti meta tippriedka minn bieb għal bieb. Se tkun iktar imħarreġ biex tibda konversazzjonijiet u tuża l-​Bibbja. Iktar ma titkellem dwar it-​twemmin tiegħek f’Alla, iktar se tissaħħaħlek il-​fidi. Ħafna li ma kinux qed jikkonduċu studju tal-​Bibbja rnexxielhom jibdew wieħed waqt li kienu qed jaqdu bħala pijunieri awżiljarji.

4 Ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju jistaʼ jkun ukoll dak l-​inkuraġġiment li għandna bżonn biex noħorġu minn rutina spiritwali monotona. Wieħed ħu li darba kien jaqdi bħala pijunier regulari, irrealizza li kien qed iqattaʼ wisq ħin fix-​xogħol sekulari u ddeċieda li jaqdi bħala pijunier awżiljarju għal xahar. Hu qal: “Bqajt mistagħġeb kemm issaħħaħt spiritwalment f’dak ix-​xahar! Iddeċidejt li nibqaʼ naqdi bħala pijunier awżiljarju għal xahar wara l-​ieħor, u maż-​żmien dan ippermettieli nerġaʼ nibda naqdi bħala pijunier regulari.”

5. Kif jistaʼ jirnexxilna negħlbu s-​sentimenti li ma nħossuniex kapaċi?

5 Negħlbu l-​Ostakli: Xi wħud forsi jaħsbuha darbtejn dwar jekk għandhomx jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju għax iħossu li m’humiex kapaċi jippridkaw. Jekk dan qed iġagħlek iżżomm lura, Ġeħova jistaʼ jgħinek bħalma għen lil Ġeremija. (Ġer. 1:​6-​10) Għalkemm Mosè kien ‘tqil f’fommu u f’ilsienu,’ Ġeħova użah biex iwettaq ir-​rieda Tiegħu. (Eżo. 4:​10-​12) Jekk tħossok li m’intix kapaċi, itlob lil Ġeħova għall-​kuraġġ.

6. Kif jistaʼ jkun possibbli li naqdu bħala pijunieri awżiljarji minkejja problemi taʼ saħħa jew skeda mimlija?

6 Iżżomm lura int milli tapplika minħabba xi problemi taʼ saħħa jew skeda mimlija? Jekk m’intix f’saħħtek, għandu mnejn ikun possibbli għalik li taqdi bħala pijunier awżiljarju billi tagħmlu b’tali mod li jkun konvenjenti għalik. Jekk għandek skeda mimlija, forsi tistaʼ tħalli attivitajiet inqas importanti għal xahar ieħor. Xi wħud li jaħdmu full-time rnexxielhom jużaw il-​ħin bl-​aħjar mod biex jaqdu bħala pijunieri awżiljarji billi ħadu ġurnata leave jew tnejn.​—Kol. 4:5.

7. Għala hu taʼ benefiċċju li nitolbu biex naqdu bħala pijunieri awżiljarji?

7 Kif Nagħmluh: Itlob dwar ix-​xewqa tiegħek li taqdi bħala pijunier awżiljarju. Itlob lil Ġeħova biex ibierek l-​isforzi tiegħek ħalli tkabbar il-​ministeru tiegħek. (Rum. 12:​11, 12) Hu jistaʼ jgħinek tagħmel deċiżjonijiet għaqlin rigward kif tistaʼ tirranġa l-​iskeda tiegħek. (Ġak. 1:5) Jekk m’għandekx ix-​xewqa, itlob lil Ġeħova biex jgħinek tieħu gost fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar.​—Lq. 10:​1, 17.

8. Kif jistaʼ jkun possibbli li taqdi bħala pijunier awżiljarju jekk tapplika Proverbji 15:22?

8 Iddiskutu bħala familja l-​mira tax-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju. (Prov. 15:22) Forsi xi ħadd mill-​familja jistaʼ jaqdi bħala pijunier awżiljarju bl-​appoġġ taʼ l-​oħrajn fid-​dar. Iddiskuti m’oħrajn fil-​kongregazzjoni dwar ix-​xewqa tiegħek li taqdi bħala pijunier, speċjalment maʼ dawk li għandhom ċirkustanzi bħal tiegħek. Dan jistaʼ joħloq iktar entużjażmu għas-​servizz taʼ pijunier awżiljarju.

9. Liema xhur għandek mnejn tagħżel biex taqdi bħala pijunier awżiljarju?

9 Jekk tirrivedi l-​iskeda tiegħek tal-​ministeru għas-​sena taʼ servizz il-​ġdida, meta taħseb li tkun tistaʼ taqdi bħala pijunier awżiljarju? Jekk taħdem full-time jew tmur l-​iskola, għandek mnejn tikkunsidra dawk ix-​xhur li fihom xi festi pubbliċi jew ħames Sibtijiet u Ħdud. Per eżempju, Settembru, Diċembru, Marzu, u Awissu se jkun fihom ħames Sibtijiet u Ħdud. Ix-​xahar taʼ Mejju għandu ħames Sibtijiet, u Ġunju għandu ħamest Iħdud. Jekk għandek problemi taʼ saħħa, ikkunsidra x-​xhur fejn ġeneralment ikun temp sabiħ. Forsi tikkunsidra wkoll li tagħmel ix-​xogħol taʼ pijunier matul ix-​xahar li l-​indokratur tas-​circuit ikun se jżur il-​kongregazzjoni tiegħek. Matul iż-​żjara tiegħu, int se jkollok l-​opportunità li tattendi l-​ewwel nofs tal-​laqgħa li jkollhom il-​pijunieri regulari. Ladarba s-​sena d-​dieħla t-​Tifkira se tkun fit-​22 taʼ Marzu, ix-​xhur taʼ Marzu, April, u Mejju huma xhur eċċellenti biex taqdi bħala pijunier awżiljarju. Hekk kif tagħżel ix-​xahar jew ix-​xhur li tixtieq taqdi bħala pijunier awżiljarju, lesti skeda miktuba li biha jistaʼ jirnexxilek tlaħħaq il-​ħtieġa tas-​sigħat.

10. X’tistaʼ tagħmel jekk m’huwiex possibbli li taqdi bħala pijunier awżiljarju?

10 Anki jekk tħossok li ma tistax taqdi bħala pijunier awżiljarju matul is-​sena taʼ servizz li ġejja, int xorta tistaʼ tkun żeluż fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. Ibqaʼ agħmel dak kollu li tistaʼ fil-​ministeru, waqt li tkun fiduċjuż li Ġeħova jieħu pjaċir bl-​isforz tiegħek b’ruħek kollha biex tagħtih l-​aqwa tiegħek. (Gal. 6:4) Appoġġa u inkuraġġixxi lil dawk li jistgħu jaqdu bħala pijunieri awżiljarji. Forsi tistaʼ tirranġa l-​iskeda tiegħek biex iżżid ġurnata fost il-​ġimgħa ħalli tieħu sehem fil-​ministeru maʼ dawk li se jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier.

11. Għala għandu jkollna sens t’urġenza?

11 In-​nies taʼ Ġeħova għandhom sens t’urġenza. Hemm xogħol xi jsir​—l-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba. Il-​ħajjiet tan-​nies huma fil-​periklu, u ż-​żmien li fadal tqassar. (1 Kor. 7:​29-​31) L-​imħabba għal Alla u għall-​proxxmu se tqanqalna biex nagħmlu dak kollu li nistgħu fil-​ministeru. Bi sforz u ppjanar tajjeb, għandu mnejn jirnexxilna naqdu bħala pijunieri awżiljarji għallinqas xahar wieħed matul is-​sena taʼ servizz ġdida​—mira siewja tabilħaqq!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja