LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwbr18 Settembru pp. 1-4
  • Referenzi għall-“Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Referenzi għall-“Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna”
  • Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna—2018
  • Sottitli
  • 3-9 TAʼ SETTEMBRU
  • 10-16 TAʼ SETTEMBRU
  • 17-23 TAʼ SETTEMBRU
  • 24-30 TAʼ SETTEMBRU
Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna—2018
mwbr18 Settembru pp. 1-4

Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna

3-9 TAʼ SETTEMBRU

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠWANNI 1-2

Ħaffer għal ġawhar spiritwali

nwtsty noti taʼ studju dwar Ġw 1:1

il-​Kelma: Jew “il-​Logos.” Bil-​Grieg, ħo logos. Hawnhekk, din il-​kelma ġiet użata bħala titlu u ntużat ukoll fi Ġw 1:14 u Ri 19:13. Ġwanni identifika l-​wieħed li għandu dan it-​titlu, jiġifieri Ġesù. Dan it-​titlu kien ingħata lil Ġesù matul l-​eżistenza tiegħu qabel ma sar bniedem bħala ħliqa spirtu, matul il-​ministeru tiegħu bħala bniedem perfett hawn fuq l-​art, u wara li telaʼ s-​sema. Ġesù kien il-​Kelma li permezz tiegħu Alla kien jikkomunika, jew il-​Kelliemi, biex iwassal informazzjoni u istruzzjonijiet lil ulied spirti oħra t’Alla u lil bnedmin. Allura hu raġunevoli li naħsbu li qabel ma Ġesù ġie fuq l-​art, Ġeħova kkomunika man-​nies permezz tal-​Kelma, il-​kelliemi anġeliku Tiegħu.—Ġen 16:7-11; 22:11; 31:11; Eżo 3:2-5; Mħ 2:1-4; 6:11, 12; 13:3.

maʼ: Letteralment, “lejn.” F’dan il-​kuntest, il-​prepożizzjoni Griega pros tindika qrib ħafna u sħubija mill-​qrib. Tindika wkoll persuni differenti, f’dan il-​każ, il-​Kelma u l-​uniku Alla veru.

il-​Kelma kien alla: Jew “il-​Kelma kien divin [jew, “bħal alla”].” Din l-​espressjoni li uża Ġwanni tiddeskrivi kwalità jew karatteristika li għandu “l-​Kelma” (bil-​Grieg, ħo logos; ara nota taʼ studju dwar il-​Kelma f’dan il-​vers), jiġifieri Ġesù Kristu. Il-​pożizzjoni li tispikka tal-​ewwel Iben imwieled t’Alla li permezz tiegħu Alla ħalaq l-​affarijiet l-​oħrajn kollha hi bażi għala hu jiġi deskritt bħala “alla; bħal alla; divin; ħliqa divina.” Ħafna tradutturi jaqblu mal-​espressjoni “l-​Kelma kien Alla,” billi jagħmluh daqs Alla li Jistaʼ Kollox. Madankollu, hemm raġunijiet validi għala ngħidu li Ġwanni ma riedx ifisser li “l-​Kelma” kien l-​istess bħal Alla li Jistaʼ Kollox. L-​ewwel, kemm il-​parti tas-​sentenza taʼ qabel u kemm is-​sentenza taʼ wara taʼ din il-​frażi jindikaw b’mod ċar li “l-​Kelma” kien ‘ma’ Alla.’ Ukoll, il-​kelma Griega teos tidher tliet darbiet fil-​versi 1 u 2. Fl-​ewwel u t-​tielet darba li tidher, il-​kelma teos bil-​Grieg għandha l-​artiklu magħha; fit-​tieni darba li tidher m’hemmx artiklu. Ħafna studjużi jaqblu li l-​fatt li m’hemmx artiklu definit qabel it-​tieni teos huwa sinifikanti. Meta jintuża l-​artiklu f’dan il-​kuntest, teos tirreferi għal Alla li Jistaʼ Kollox. Mill-​banda l-​oħra, meta ma jkunx hemm artiklu, teos ikollha tifsira differenti u tiddeskrivi karatteristika li għandu “l-​Kelma.” Għalhekk, għadd taʼ traduzzjonijiet tal-​Bibbja bl-​Ingliż, bil-​Franċiż, u bil-​Ġermaniż jittraduċu t-​test b’mod simili għat-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida, billi jagħtu l-​idea li “l-​Kelma” kien “alla; divin; ħliqa divina; taʼ sura divina; bħal alla.” Fi qbil maʼ din l-​idea, fi Ġw 1:1, traduzzjonijiet antiki tal-​Evanġelju taʼ Ġwanni ma jużawx il-​kelma teos bl-​istess mod, infatti l-​ewwel darba li tidher hi differenti mit-​tieni darba. Dawn it-​traduzzjonijiet inkitbu bid-​djalett tas-​Sahidic u l-​Bohairic tal-​lingwa Koptika, li probabbilment kienu tat-​tielet u r-​rabaʼ seklu wara Kristu. Dawn it-​traduzzjonijiet jenfasizzaw kwalità li għandu “l-​Kelma,” li n-​natura tiegħu kienet bħal dik taʼ Alla, imma ma jagħmluhx daqs Missieru, Alla li Jistaʼ Kollox. Fi qbil maʼ dan il-​vers, Kol 2:9 jiddeskrivi lil Kristu bħala li għandu “l-​milja kollha tad-​divinità.” U skont it-​2Pt 1:4, anki l-​werrieta sħab maʼ Kristu kienu se ‘jieħdu sehem min-​natura divina.’ Barra minn hekk, fit-​traduzzjoni tas-​Settanta, il-​kelma teos bil-​Grieg normalment tintuża għall-​kliem el u eloħim bl-​Ebrajk, li jfissru “Alla.” Hu maħsub li bażikament ifissru l-​istess, “il-​Wieħed Setgħan; il-​Wieħed b’Saħħtu.” Dan il-​kliem bl-​Ebrajk hu użat bħala referenza għal Alla li Jistaʼ Kollox, allat oħrajn, u bnedmin. Li l-​Kelma jiġi msejjaħ “alla,” jew “wieħed b’saħħtu,” hu fi qbil mal-​profezija taʼ Is 9:6, li qalet bil-​quddiem li l-​Messija se jkun imsejjaħ “Alla Setgħan” (mhux “Alla li Jistaʼ Kollox”) u li se jkun il-​“Missier Etern” taʼ dawk kollha li se jkollhom il-​privileġġ li jgħixu bħala s-​sudditi tiegħu. Iż-​żelu taʼ Missieru stess, “Ġeħova taʼ l-​armati,” se jwettaq dan.—Is 9:7.

nwtsty nota taʼ studju dwar Ġw 1:29

il-​Ħaruf t’Alla: Wara li Ġesù tgħammed u kien ittantat mix-​Xitan, Ġwanni l-​Battista introduċieh bħala “l-​Ħaruf t’Alla.” Din l-​espressjoni tidher biss hawn u fi Ġw 1:36. (Ara sgd taqsima 4.) Li Ġesù jiġi mqabbel maʼ ħaruf hu xieraq. Fil-​Bibbja nsibu li n-​nies kienu joffru n-​nagħaġ bħala sagrifiċċju għal dnubiethom u biex jersqu qrib lejn Alla. Dan ta stampa bil-​quddiem tas-​sagrifiċċju li Ġesù kien se jagħmel meta hu kien se jagħti l-​ħajja perfetta tiegħu għall-​umanità. L-​espressjoni “l-​Ħaruf t’Alla” tistaʼ tirreferi għal għadd taʼ siltiet fl-​Iskrittura ispirata. Peress li Ġwanni l-​Battista kien familjari mal-​Iskrittura Ebrajka, kliemu għandu mnejn irrefera għal waħda jew iktar minn dawn li ġejjin: ir-​raġel tan-​nagħġa li Abraham offra bħala sagrifiċċju minflok ibnu Iżakk (Ġen 22:13), il-​ħaruf tal-​Qbiż li ġie maqtul fl-​Eġittu għall-​ħelsien tal-​ilsiera Iżraelin (Eżo 12:1-​13), jew il-​ħaruf li kien jiġi offrut bħala sagrifiċċju fuq l-​artal t’Alla f’Ġerusalemm kull filgħodu u filgħaxija (Eżo 29:38-42). Ġwanni forsi kellu wkoll f’moħħu l-​profezija taʼ Isaija, fejn il-​wieħed li Ġeħova jsejjaħlu “l-​qaddej tiegħi” jingħad li “nġieb bħal nagħġa għall-​qatla.” (Is 52:13; 53:5, 7, 11) Meta l-​appostlu Pawlu kiteb l-​ewwel ittra tiegħu lill-​Korintin, hu rrefera għal Ġesù bħala “l-​Qbiż tagħna.” (1Ko 5:7) L-​appostlu Pietru xebbah id-​“demm prezzjuż” taʼ Kristu maʼ “dak taʼ ħaruf bla difett u bla tebgħa.” (1Pt 1:19) U fil-​ktieb tar-​Rivelazzjoni, Ġesù gglorifikat hu msejjaħ b’mod figurattiv bħala “l-​Ħaruf” għal iktar minn 25 darba.—Xi eżempji huma: Ri 5:8; 6:1; 7:9; 12:11; 13:8; 14:1; 15:3; 17:14; 19:7; 21:9; 22:1.

10-16 TAʼ SETTEMBRU

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠWANNI 3-4

“Ġesù jagħti xhieda lil mara Samaritana”

nwtsty nota taʼ studju dwar Ġw 4:6

kien għajjien: Din hi l-​unika darba fl-​Iskrittura fejn hemm miktub li Ġesù “kien għajjien.” Kien għall-​ħabta taʼ nofsinhar, u dakinhar filgħodu Ġesù x’aktarx li kien għamel il-​vjaġġ mill-​Wied tal-​Ġordan fil-​Lhudija sa Sikar fis-​Samarija, li hi 900 metru jew iktar ’il fuq.—Ġw 4:3-5; ara sgd taqsima 4.

Ħaffer għal ġawhar spiritwali

nwtsty nota taʼ studju dwar Ġw 3:29

il-​ħabib taʼ l-​għarus: Fi żmien il-​Bibbja, ħabib tal-​qalb tal-​għarus kien jaġixxi bħala r-​rappreżentant legali u kien ikollu rwol importanti f’li jagħmel l-​arranġamenti għaż-​żwieġ. Hu kien jitqies bħala l-​wieħed li jkun laqqaʼ lill-​għarus u l-​għarusa flimkien. Fil-​ġurnata tat-​tieġ, l-​għarusa u oħrajn magħha kienu jmorru jew id-​dar tal-​għarus jew id-​dar taʼ missieru, skont fejn kienet se tkun il-​festa tat-​tieġ. Waqt il-​festa, il-​ħabib tal-​għarus kien jifraħ meta jismaʼ l-​għarus jitkellem mal-​għarusa tiegħu, ladarba l-​ħabib kien iħoss li rnexxielu jwettaq l-​irwol tiegħu. Ġwanni l-​Battista xebbah lilu nnifsu mal-​“ħabib taʼ l-​għarus.” F’dan il-​każ, Ġesù kien l-​għarus u d-​dixxipli bħala grupp sħiħ kienu jifformaw lill-​għarusa simbolika tiegħu. Billi kien qed jipprepara t-​triq għall-​Messija, Ġwanni l-​Battista introduċa lill-​ewwel membri tal-​“għarusa” lil Ġesù Kristu. (Ġw 1:29, 35; 2Ko 11:2; Ef 5:22-27; Ri 21:2, 9) “Il-​ħabib taʼ l-​għarus” ikun wettaq l-​irwol tiegħu meta jkun irnexxielu jlaqqagħhom flimkien; hu mbagħad ma kienx jibqaʼ l-​persunaġġ prinċipali. B’mod simili, Ġwanni jgħid hekk dwaru nnifsu f’konnessjoni maʼ Ġesù: “Jeħtieġ li dak jibqaʼ jikber, imma jien nibqaʼ niċkien.”—Ġw 3:30.

nwtsty nota taʼ studju dwar Ġw 4:10

ilma ħaj: Din l-​espressjoni Griega tintuża f’sens letterali biex tirreferi għall-​ilma ġieri, l-​ilma taʼ nixxiegħa, jew l-​ilma f’bir li jimtela minn nixxigħat. Dan hu l-​kuntrarju għall-​ilma qiegħed li jkun f’ġiebja. F’Le 14:5, l-​espressjoni Ebrajka għal “ilma ġieri” tfisser letteralment “ilma ħaj.” F’Ġer 2:13 u 17:13, Ġeħova hu deskritt bħala “s-​sors [jew, “in-​nixxiegħa”] taʼ l-​ilma ħaj,” jiġifieri l-​ilma simboliku li jagħti l-​ħajja. Meta kien qed jitkellem mal-​mara Samaritana, Ġesù uża t-​terminu “ilma ħaj” b’mod figurattiv, imma jidher li hi għall-​ewwel fehmet dan b’mod letterali.—Ġw 4:11.

17-23 TAʼ SETTEMBRU

TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | ĠWANNI 5-6

“Segwi lil Ġesù b’mottiv tajjeb”

nwtsty nota taʼ studju dwar Ġw 6:10

l-​irġiel qagħdu bil-​qiegħda, u dawn kienu jgħoddu madwar ħamest elef: Hu biss ir-​rakkont taʼ Mattew li jżid “minbarra n-​nisa u t-​tfal żgħar” meta niżżel bil-​miktub dan il-​miraklu. (Mt 14:21) Hu possibbli li l-​għadd totali taʼ dawk kollha li ġew mitmugħin b’mod mirakoluż jaqbeż sew il-​15,000.

nwtsty nota taʼ studju dwar Ġw 6:14

il-​profeta: Ħafna Lhud fl-​ewwel seklu stennew li l-​profeta bħal Mosè, li jissemma f’Dt 18:15, 18, kellu jkun il-​Messija. F’dan il-​kuntest, l-​espressjoni jiġi fid-​dinja milli jidher tirreferi għal li kienu qed jistennew li jiġi l-​Messija. Kien biss Ġwanni li niżżel dak li ġara.

nwtsty noti taʼ studju dwar Ġw 6:27, 54

ikel li jintemm . . . ikel li jibqaʼ għall-​ħajja taʼ dejjem: Ġesù nduna li xi wħud kienu qed jassoċjaw miegħu u mad-​dixxipli tiegħu għall-​vantaġġ personali tagħhom biss. Għalkemm l-​ikel fiżiku jżomm lin-​nies ħajjin minn ġurnata għall-​oħra, “ikel” mill-​Kelma t’Alla se jagħmilha possibbli għan-​nies biex jibqgħu ħajjin għal dejjem. Ġesù jħeġġeġ lill-​folla biex jaħdmu “għall-​ikel li jibqaʼ għall-​ħajja taʼ dejjem,” jiġifieri biex jistinkaw ħalli jissodisfaw il-​bżonnijiet spiritwali tagħhom u biex jeżerċitaw il-​fidi f’dak li jitgħallmu.—Mt 4:4; 5:3; Ġw 6:28-39.

jiekol laħmi u jixrob demmi: Il-​kuntest jindika li dawk li jieklu u jixorbu jagħmlu dan f’sens figurattiv billi jeżerċitaw fidi f’Ġesù Kristu. (Ġw 6:35, 40) Ġesù għamel din l-​istqarrija fis-​sena 32, għalhekk hu ma kienx qed jitkellem dwar l-​Ikla taʼ Filgħaxija tal-​Mulej, li kien se jistabbilixxiha sena wara. Hu għamel din id-​dikjarazzjoni ftit qabel “il-​Qbiż, il-​festa tal-​Lhud.” (Ġw 6:4) B’hekk, is-​semmiegħa tiegħu x’aktarx li kienu qed jiġu mfakkrin fil-​festa li kienu dalwaqt se jiċċelebraw u fis-​sinifikat tad-​demm tal-​ħaruf li kien salva l-​ħajjiet fil-​lejl li l-​Iżraelin telqu mill-​Eġittu (Eżo 12:24-27). Ġesù kien qed jenfasizza li bl-​istess mod demmu kien se jkollu rwol importanti biex id-​dixxipli tiegħu jkun jistaʼ jkollhom il-​ħajja taʼ dejjem.

Ħaffer għal ġawhar spiritwali

nwtsty nota taʼ studju dwar Ġw 6:44

jekk ma jiġbdux: Għalkemm il-​verb Grieg jintuża biex jirreferi għal meta xi ħadd jiġbed b’saħħtu kollha xibka bil-​ħut (Ġw 21:6, 11), ma jfissirx li Alla jkaxkar lin-​nies lejh kontra qalbhom. Dan il-​verb jistaʼ jfisser ukoll “ħajjar,” u l-​istqarrija taʼ Ġesù setgħet kienet qed tirreferi għal Ġer 31:3, fejn Ġeħova kien qal lill-​poplu tiegħu tal-​qedem: “Ġbidtek bil-​qalb tajba bl-​imħabba.” (Is-​Settanta hawnhekk tuża l-​istess verb Grieg.) Ġw 12:32 juri li bl-​istess mod, Ġesù jiġbed lejh nies taʼ kull xorta. L-​Iskrittura turi li Ġeħova ta lill-​umanità l-​libertà tal-​għażla. Kulħadd għandu l-​għażla jekk jaqdihx jew le. (Dt 30:19, 20) Alla bil-​ħlewwa jiġbed lejh lil dawk li għandhom attitudni xierqa. (Sa 11:5; Pr 21:2; At 13:48) Ġeħova jagħmel dan permezz tal-​messaġġ tal-​Bibbja u permezz tal-​ispirtu qaddis tiegħu. Il-​profezija minn Is 54:13, ikkwotata fi Ġw 6:45, tirreferi għal dawk li l-​Missier jiġbed lejh.—Qabbel Ġw 6:65.

nwtsty noti taʼ studju dwar Ġw 6:64

Ġesù kien jaf . . . min kien dak li kellu jittradih: Ġesù kien qed jirreferi għal Ġuda l-​Iskarjota. Ġesù qattaʼ lejl sħiħ jitlob lil Missieru qabel ma għażel lit-​12-​il appostlu. (Lq 6:12-16) Għalhekk, għall-​ewwel Ġuda kien leali lejn Alla. Madankollu, Ġesù kien jaf mill-​profeziji tal-​Iskrittura Ebrajka li hu kien se jiġi tradut minn xi ħadd qrib tiegħu. (Sa 41:9; 109:8; Ġw 13:18, 19) Meta Ġuda beda jbiddel l-​attitudni tiegħu, Ġesù, li setaʼ jaqra l-​qlub u l-​ħsibijiet, induna b’din il-​bidla. (Mt 9:4) Alla, billi uża l-​abbiltà li għandu biex ikun jaf il-​futur, kien jaf li ħabib li Ġesù kellu fiduċja fih kien se jsir traditur. Imma li wieħed jaħseb li Ġuda kellu jkun il-​wieħed li kien se jfalli, bħallikieku l-​falliment tiegħu kien predestinat, mhuwiex fi qbil mal-​kwalitajiet li għandu Alla u l-​mod kif hu ttratta m’oħrajn fil-​passat.

mill-​bidu: Din l-​espressjoni ma tirreferix għat-​twelid taʼ Ġuda jew għal meta hu ġie magħżul bħala appostlu wara li Ġesù kien qattaʼ lejl sħiħ jitlob. (Lq 6:12-16) Minflok, tirreferi għal meta Ġuda beda jaġixxi bi tradiment. Ġesù kien induna mill-​ewwel b’din il-​ħaġa. (Ġw 2:24, 25; Ri 1:1; 2:23) Dan juri wkoll li l-​azzjonijiet taʼ Ġuda kienu magħmulin bi ħsieb u kienu ppjanati, u mhux li saret bidla f’daqqa fl-​attitudni tiegħu. It-​tifsir tat-​terminu “bidu” (bil-​Grieg, arke) fl-​Iskrittura Griega Kristjana hu relattiv, jiddependi mill-​kuntest. Pereżempju, fit-​2Pt 3:4, il-​kelma “bidu” tirreferi għal meta beda jinħoloq il-​ħolqien. Imma ħafna drabi, din hi użata f’sens iktar limitat. Pereżempju, Pietru qal li l-​ispirtu qaddis niżel fuq il-​Ġentili “kif kien niżel fuqna fil-​bidu.” (At 11:15) Pietru ma kienx qed jirreferi għal meta twieled hu jew għal meta kien imsejjaħ biex ikun appostlu. Pjuttost, hu kien qed jirreferi għall-​jum taʼ Pentekoste tas-​sena 33, jiġifieri “l-​bidu” tat-​tferrigħ tal-​ispirtu qaddis għal skop speċifiku. (At 2:1-4) Eżempji oħrajn taʼ kif il-​kuntest jeffettwa t-​tifsir tat-​terminu “bidu” jistgħu jinstabu f’Lq 1:2; Ġw 15:27; u l-​1Ġw 2:7.

24-30 TAʼ SETTEMBRU

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠWANNI 7-8

Ħaffer għal ġawhar spiritwali

nwtsty nota taʼ studju dwar Ġw 8:58

kont: Il-​Lhud li kienu jopponu lil Ġesù riedu jħaġġruh talli qal “rajt lil Abraham,” minkejja li bħalma qalu huma, Ġesù lanqas kien ‘għad għandu ħamsin sena.’ (Ġw 8:57) Ġesù wieġeb billi qalilhom li qabel ma kien twieled Abraham, hu kien diġà jeżisti bħala ħliqa spirtu setgħana fis-​sema. Xi wħud isostnu li dan il-​vers jidentifika lil Ġesù bħala Alla. Huma jirraġunaw li l-​espressjoni Griega użata hawn, ego ejmi (li f’xi Bibbji tfisser “jien hu”), hija referenza għal kif ġiet tradotta s-​Settanta f’Eżo 3:14 u li ż-​żewġ versi għandhom jiġu mifhuma l-​istess. Madankollu, f’dan il-​kuntest il-​verb Grieg ejmi jirreferi għal azzjoni kontinwa li bdiet “qabel m’eżista Abraham.” Għalhekk, bix-​xieraq li ġiet tradotta “kont” minflok “jien hu,” u għadd taʼ traduzzjonijiet antiki u moderni jużaw kliem simili għal “kont.” Infatti, fi Ġw 15:27, l-​istess forma tal-​verb Grieg ejmi hi użata għall-​kliem taʼ Ġesù: “Kontu miegħi minn meta bdejt.” Ħafna mit-​traduzzjonijiet jużaw kliem simili, u dan juri li skont il-​grammatika m’hemmx oġġezzjoni valida għala l-​kelma ejmi ma tistax tiġi tradotta “kont” għax dan jiddependi mill-​kuntest. (Eżempji oħrajn taʼ dan jistgħu jinstabu f’​Lq 2:48; 13:7; 15:29; Ġw 1:9; 5:6; 14:9; At 15:21; 2Ko 12:19; 1Ġw 3:8.) Ukoll, l-​irraġunar taʼ Ġesù li nsibu fi Ġw 8:54, 55 juri li hu ma kienx qed jipprova jiddeskrivi lilu nnifsu bħala li hu u Missieru huma l-​istess persuna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja