LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb20 Lulju p. 7
  • Ġeħova Jipproteġi lill-Poplu Tiegħu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġeħova Jipproteġi lill-Poplu Tiegħu
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Materjal Simili
  • Id-Dehra Ġdida tal-British Museum
    Stenbaħ!—2001
  • X’tgħid il-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Qed tara “lil Dak li hu inviżibbli”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Il-Mużew tal-Bibbja fil-Fergħa tal-Belġju Juri X’Ġara Biex Ma Tintilifx il-Bibbja
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
mwb20 Lulju p. 7

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ġeħova Jipproteġi lill-Poplu Tiegħu

Missier Iżraeli u ibnu jċappsu l-koxox tal-bieb u l-parti taʼ fuq tad-daħla tal-bieb bid-demm.

L-​ewwel Qbiż kienet festa importanti ħafna. Dak il-​lejl, wara li l-​Fargħun induna li l-​ewwel imwieled tiegħu kien mejjet, hu qal lil Mosè u Aron: “Qumu, oħorġu minn qalb il-​poplu tiegħi, kemm intom u kemm l-​ulied l-​oħrajn taʼ Israel, u morru aqdu lil Ġeħova, sewwasew bħalma għedtu.” (Eżo 12:31) Ġeħova wera li hu jipproteġi l-​poplu tiegħu.

L-​istorja tal-​poplu t’Alla mill-​bidu tas-​seklu 20 turi li Ġeħova qed ikompli jiggwidah u jipproteġih. Wieħed jistaʼ jara dan f’mużew jismu “Poplu għal Isem Ġeħova” fil-​kwartieri ġenerali.

ARA L-​VIDJOW ŻJARA FIL-​MUŻEWIJIET TAʼ WARWICK: “POPLU GĦAL ISEM ĠEĦOVA,” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Stampa u slajds mill-‘Photo-Drama of Creation.’

    Liema invenzjoni ġdida bdew jużaw l-​Istudenti tal-​Bibbja fl-​1914 biex il-​fidi tan-​nies fil-​Bibbja tissaħħaħ, u kemm kienet taʼ suċċess?

  • Ritratti tal-aħwa rġiel li kienu mitfugħin il-ħabs fl-1918.

    Liema provi tal-​fidi seħħew fl-​1916 u l-​1918, u x’wera li Ġeħova kien qed jidderieġi l-​organizzazzjoni?

  • Wirja b’ritratti taʼ ħafna wħud li ġew mitfugħin il-ħabs minħabba l-fidi tagħhom. Bibien miftuħin juru kamra bl-istampi tal-Ġenna tal-art.

    Il-​poplu taʼ Ġeħova kif baqaʼ juri fidi minkejja l-​oppożizzjoni?

  • Wirja li turi l-metodi taʼ ppritkar li kienu jintużaw fit-30’s u fil-40’s.

    Fl-​1935, liema fehma ġdida kellhom in-​nies taʼ Ġeħova, u din kif affettwathom?

  • Jekk int żort dan il-​mużew jew l-​Uffiċċju tal-​Fergħa lokali, x’rajt li saħħaħlek il-​fidi li Ġeħova qed jiggwida u jipproteġi lin-​nies tiegħu?

Biex issir taf kif tistaʼ żżur dan il-​mużew jew xi esebizzjoni f’fergħa oħra, mur fuq jw.org®, ikklikkja fuq Dwarna, u mbagħad ikklikkja fuq L-​uffiċċji u t-​turs

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja