GĦIX BĦALA KRISTJAN
Tistaʼ Tagħti mill-Ħin u l-Enerġija Tiegħek?
Bħalma bassar Isaija, il-parti tal-organizzazzjoni taʼ Ġeħova fuq l-art qed tikber bħal qatt qabel. (Is 54:2) B’hekk, hemm bżonn li jinbnew Swali tas-Saltna, Swali tal-Assembleat, u faċilitajiet tal-fergħa. Wara li jinbena, bini bħal dan ikollu bżonn xi tiswijiet, u xi ftit minnu jkun jeħtieġ xi tibdil. Dan x’opportunitajiet jagħtina biex nagħtu mill-ħin u l-enerġija tagħna lil Ġeħova?
Aħna nistgħu ngħinu meta l-grupp tagħna tas-servizz tal-għalqa jkun imissu jnaddaf is-Sala tas-Saltna
Nistgħu noffru lilna nfusna biex niġu mgħallmin kif nieħdu ħsieb is-Sala tas-Saltna tagħna
Nistgħu nimlew il-Local Design/Construction Volunteer Application (DC-50) biex meta jkun hemm bżonn ngħinu fi proġetti u manutenzjoni taʼ Swali tas-Saltna tal-fergħa
Nistgħu nimlew l-Application for Volunteer Program (A-19) u noffru li ngħinu għal ġimgħa jew iżjed fil-Betel lokali jew f’xi fergħa oħra
ARA L-VIDJOW QED JIĠI PPJANAT PROĠETT TAʼ KOSTRUZZJONI ĠDID—SILTA MILL-VIDJOW, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Semmi kif issa qed nużaw iktar vidjows milli għamilna qabel l-2014.
Biex nipprovdu l-vidjows li hemm bżonn għall-qima tagħna, xi proġett qed jiġi ppjanat, u kemm ħa jieħu żmien biex jinbena?
Il-volontieri kif jistgħu jgħinu f’dan il-proġett?
Jekk nixtiequ ngħinu fil-bini f’Ramapo, New York, għala għandna l-ewwel nimlew il-formola DC-50 u ngħinu fi proġetti tad-Dipartiment Lokali tal-Ippjanar u l-Kostruzzjoni viċin tagħna?
X’juri li Ġeħova kien qed jidderieġi dan il-proġett?
Kif nistgħu nappoġġjaw dan il-proġett anki jekk ma nistgħux ngħinu fil-bini b’mod personali?