LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp22 Nru. 1 pp. 8-9
  • 2 | Tpattihiex Lura

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 2 | Tpattihiex Lura
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Tgħallem il-​Bibbja:
  • Xi Jfisser:
  • X’Tistaʼ Tagħmel:
  • Meta Tħossok Offiż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Kont mimli rabja u vjolenti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Hija l-Vendetta Ħaġa Ħażina?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Aħna Nistgħu Negħlbu l-Mibegħda!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
wp22 Nru. 1 pp. 8-9
Żewġ irġiel irrabjati bilqiegħda fuq siġra faċċata taʼ xulxin. Kull wieħed qed jaqtaʼ l-​fergħa li qiegħed fuqha.

KIF TISTAʼ TWAQQAF IĊ-​ĊIKLU TAL-​MIBEGĦDA

2 | Tpattihiex Lura

X’Tgħallem il-​Bibbja:

“Troddu lil ħadd ħsara bi ħsara. . . . Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-​paċi mal-​bnedmin kollha. . . . Tivvendikawx ruħkom, . . . għax hu miktub: ‘“Il-​vendetta hi tiegħi; jien inħallas, jgħid Ġeħova.’”—RUMANI 12:17-​19.

Xi Jfisser:

Huwa normali li nħossuna rrabjati meta xi ħadd jagħmlilna xi ħaġa ħażina. Imma Alla ma jridniex inpattuha. Minflok hu jgħidilna biex inkunu paċenzjużi għax iwegħedna li dalwaqt se jneħħi kull inġustizzja.—Salm 37:7, 10.

X’Tistaʼ Tagħmel:

Aħna imperfetti u meta npattuha se jkun hemm iżjed mibegħda. Għalhekk, jekk xi ħadd offendiek jew weġġgħek, tpattihiex lura. Ipprova kkontrolla kif tħossok u wieġeb lura b’mod li żżomm il-​paċi. Xi drabi jkun aħjar għalik stess li tinsa x’ġara. (Proverbji 19:11) Imma xi drabi oħra jkun aħjar li tagħmel xi ħaġa dwar is-​sitwazzjoni. Pereżempju, jekk int il-​vittma, tistaʼ tagħżel li tirrapporta lill-​pulizija jew lil awtoritajiet oħrajn.

Il-​mibegħda se ġġib iżjed problemi

Xi ngħidu jekk ma tistax issolvi l-​problema u fl-​istess ħin iżżomm il-​paċi? Jew jekk diġà għamilt dak kollu li stajt biex issolvi l-​problema bil-​paċi? Tpattihiex billi tieħu l-​affarijiet f’idejk. Inkella, l-​affarijiet jaf imorru għall-​agħar. Meta ma tpattihiex, tkun qed twaqqaf il-​mibegħda. Maż-​żmien se tara li l-​aħjar mod kif issolvi l-​problemi huwa kif jgħid Alla. “Strieħ fuqu, u hu jaġixxi.”—Salm 37:3-​5.

Esperjenza​—ADRIÁN

Ma Baqax Ipattiha

Adrián.

Meta kien żagħżugħ, Adrián kien vjolenti maʼ kull min kien jagħmillu xi ħaġa. Hu jgħid: “Meta konna niġġieldu, kemm-​il darba konna nisparaw fuq xulxin u ħafna drabi spiċċajt kważi mejjet.”

Taʼ 16-​il sena, Adrián beda jistudja l-​Bibbja. Hu qal: “Iżjed ma tgħallimt mill-​Bibbja, iżjed rajt x’bidliet kelli nagħmel fil-​personalità tiegħi.” Hu ried jieqaf jobgħod u ma jkunx iżjed vjolenti. Minn Rumani 12:17-​19, hu tgħallem u apprezza ħafna kemm hu importanti li ma jpattihiex. Hu qal: “Jien tgħallimt li Ġeħova se jneħħi l-​inġustizzja bil-​mod u fil-​ħin tiegħu. Bil-​mod il-​mod ma bqajtx iktar vjolenti.”

Darba minnhom Adrián ġie attakkat minn gang li qabel kienet kontrih. Il-​kap tagħhom għajjat: “Ejja niġġieldu!” Adrián jammetti: “Vera ħassejtni lest biex niġġieled.” Imma minflok ma ġġieled, hu qal talba żgħira lil Ġeħova u telaq.

Adrián jgħid: “L-​għada rġajt iltqajt mal-​kap tal-​gang, imma did-​darba kien waħdu. Meta rajtu erġajt ħassejtni rrabjat u ridt inpattihielu, imma minflok tlabt lil Ġeħova biex jgħinni nibqaʼ kalm. B’sorpriża hu qalli: ‘Aħfirli tal-​bieraħ. Biex ngħidlek il-​verità, nixtieq inkun bħalek. Irrid nistudja l-​Bibbja.’ Kemm kont ferħan li rnexxieli nikkontrolla lili nnifsi! Bħala riżultat, bdejna nistudjaw il-​Bibbja flimkien.”

Tistaʼ taqra iżjed dwar l-​istorja taʼ Adrián f’It-​Torri tal-​Għassa Nru. 5 2016, paġni 14-​15.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja