LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 2/15 pp. 27-28
  • Rigal mhux mistenni għall-Ġappun

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Rigal mhux mistenni għall-Ġappun
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’HEMM DIFFERENTI DWAR DAN IL-​KTIEB?
  • IDDISINJAT GĦAT-​TERRITORJU ĠAPPUNIŻ
  • X’KIENET IR-​REAZZJONI TAN-​NIES?
  • Jehovah Jiġbed lil Uħud Umlin lejn il-Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 2/15 pp. 27-28
Il-Bibbja—L-Evanġelju skont Mattew

Rigal mhux mistenni għall-Ġappun

F’LAQGĦA speċjali li saret f’Nagoya, il-​Ġappun, fit-​28 t’April 2013, Anthony Morris mill-​Ġemgħa li Tiggverna għamel avviż eċċitanti: ħabbar il-​pubblikazzjoni l-​ġdida miktuba bil-​Ġappuniż bit-​titlu Il-​Bibbja—L-​Evanġelju skont Mattew. Għal din il-​laqgħa attendew iktar minn 210,000 ruħ. Uħud minnhom semgħu b’mod dirett permezz tal-​Internet. Wara li l-​udjenza semgħet bl-​aħbar, esprimiet il-​ferħ tagħha billi ċapċpet għal ħin twil.

Din l-​edizzjoni tal-​Evanġelju taʼ Mattew ġiet stampata mill-​ġdid mit-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida bil-​Ġappuniż. Però, dan il-​ktieb taʼ 128 paġna hu uniku. Ħuna Morris spjega li ġie ddisinjat biex jgħin lin-​nies fit-​territorju Ġappuniż. X’hemm differenti dwar dan il-​ktieb? Għala kien hemm bżonnu? X’kienet ir-​reazzjoni tan-​nies?

Pubblikaturi fil-laqgħa speċjali b’ferħ jirċievu l-pubblikazzjoni l-ġdida tagħhom

X’HEMM DIFFERENTI DWAR DAN IL-​KTIEB?

Ħafna wħud kienu sorpriżi bl-​istil tal-​ktieb Mattew. Il-​Ġappuniż jinkiteb permezz taʼ karattri li jistgħu jkunu magħmulin minn għadd taʼ simboli. Dawn jistgħu jitpoġġew b’mod vertikali jew orizzontali, u f’ħafna affarijiet stampati, inkluż il-​pubblikazzjonijiet tagħna, huma orizzontali. Madankollu, il-​karattri f’dan il-​ktieb il-​ġdid tpoġġew b’mod vertikali, simili għall-​istil taʼ ħafna gazzetti u letteratura oħra Ġappuniża. Għal ħafna Ġappuniżi, dan l-​istil hu eħfef biex jinqara. Barra minn hekk, il-​frażijiet li s-​soltu jkunu fuq nett tal-​paġna tpoġġew mal-​kumplament tal-​kliem bħala sottitli. Dan sar biex jgħin lill-​qarrejja jaraw il-​punti prinċipali b’mod iktar faċli.

Mara qed taqra l-pubblikazzjoni l-ġdida

L-​aħwa rġiel u nisa fil-​Ġappun bdew jaqraw il-​ktieb Mattew mill-​ewwel. Oħt li għandha fuq it-​80 sena qalet: “Qrajt l-​Evanġelju taʼ Mattew ħafna drabi qabel, imma l-​istil vertikali u s-​sottitli għenuni nifhem il-​Prietka taʼ fuq il-​Muntanja aħjar.” Oħt żagħżugħa kitbet: “Qrajt Mattew minn qoxra sa qoxra f’darba waħda. Jien imdorrija naqra bl-​istil orizzontali, imma ħafna Ġappuniżi jippreferu l-​istil vertikali.”

IDDISINJAT GĦAT-​TERRITORJU ĠAPPUNIŻ

Għala dan il-​ktieb tal-​Bibbja hu utli b’mod speċjali għat-​territorju Ġappuniż? Għalkemm ħafna Ġappuniżi ma jafux ħafna dwar il-​Bibbja, huma jkunu lesti li jaqrawha. Ħafna li qatt ma raw Bibbja, issa għandhom l-​opportunità li jkollhom parti minnha f’idejhom u li jaqrawha.

Koppja qed iżommu l-kopji tagħhom taʼ Il-Bibbja—L-Evanġelju skont Mattew

Għala ntgħażel l-​Evanġelju taʼ Mattew? Il-​maġġorparti tal-​Ġappuniżi, meta jisimgħu l-​kelma “Bibbja,” f’moħħhom jiġihom Ġesù Kristu. Allura, l-​Evanġelju taʼ Mattew intgħażel minħabba li jitkellem dwar it-​twelid u d-​dixxendenza taʼ Ġesù, il-​prietka famuża tiegħu taʼ fuq il-​muntanja, u l-​profezija eċċitanti tiegħu dwar l-​aħħar jiem. Dawn is-​suġġetti kollha jinteressaw lil ħafna Ġappuniżi.

Il-​pubblikaturi fil-​Ġappun b’mod żeluż bdew joffru dan il-​ktieb il-​ġdid minn bieb għal bieb u fi żjajjar lura. Oħt kitbet: “Issa għandi iktar opportunitajiet li nħalli l-​Kelma t’Alla man-​nies fit-​territorju tagħna. Fil-​fatt, irnexxieli nħalli l-​ktieb Mattew dakinhar stess tal-​laqgħa speċjali!”

X’KIENET IR-​REAZZJONI TAN-​NIES?

Il-​pubblikaturi kif jippreżentaw dan il-​ktieb il-​ġdid? Ħafna Ġappuniżi jafu espressjonijiet bħal “il-​bieb id-​dejjaq,” ‘tixħtux il-​perli tagħkom quddiem il-​ħnieżer,’ u “qatt tkunu ansjużi dwar l-​għada.” (Mattew 6:34; 7:6, 13) Huma jibqgħu sorpriżi meta jsiru jafu li dan il-​kliem hu taʼ Ġesù Kristu. Meta jaraw dan il-​kliem fil-​ktieb Mattew, ħafna jgħidu: “Minn dejjem xtaqt naqra l-​Bibbja, imqar darba.”

Meta l-​pubblikaturi jagħmlu ż-​żjajjar lura lil dawk li aċċettaw il-​ktieb Mattew, l-​inkwilini spiss jgħidu li mill-​ewwel qraw xi ftit minnu, jew saħansitra l-​ktieb kollu. Raġel li għandu fuq is-​60 sena qal lil pubblikatur: “Qrajtu kemm-​il darba u ġejt imfarraġ. Jekk jogħġbok, għallimni iktar dwar il-​Bibbja.”

Il-​ktieb Mattew qed jiġi offrut ukoll waqt li jsir ippritkar f’postijiet pubbliċi. Meta oħt kienet qed tipprietka, tat l-​e-​mail tagħha lil waħda mara żagħżugħa li aċċettat il-​ktieb. Siegħa wara, il-​mara bagħtet e-​mail lill-​oħt u qalet li kienet qrat parti mill-​ktieb u li xtaqet tkun taf iktar. Ġimgħa wara, dil-​mara kellha l-​ewwel studju tal-​Bibbja, u ma damitx ma bdiet tattendi l-​laqgħat.

Ippritkar f’postijiet pubbliċi billi jużaw L-Evanġelju skont Mattew

Iktar minn 1,600,000 kopja tal-​ktieb Mattew intbagħtu lill-​kongregazzjonijiet fil-​Ġappun. Kull xahar, ix-​Xhieda qed iħallu għaxriet t’eluf minn dan il-​ktieb man-​nies. Id-​daħla taʼ din l-​edizzjoni turi s-​sentimenti taʼ min ippubblika l-​ktieb billi tgħid: “B’mod sinċier nittamaw li meta taqra dan il-​volum, titqanqal biex ikollok iktar interess fil-​Bibbja.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja