LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w18 Lulju pp. 30-31
  • Kif tagħmel l-istudju tiegħek tal-Bibbja iktar effettiv u pjaċevoli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif tagħmel l-istudju tiegħek tal-Bibbja iktar effettiv u pjaċevoli
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Materjal Simili
  • Dak li Ftakar Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Kif Se Tibbenefika l-Iżjed Meta Taqra l-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Kif tieħu deċiżjonijiet persunali?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Ibbenefika kemm jistaʼ jkun mill-provvedimenti taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
w18 Lulju pp. 30-31
Ġożwè jaqra l-Liġi fid-dawl tal-musbieħ

Kif tagħmel l-istudju tiegħek tal-Bibbja iktar effettiv u pjaċevoli

Ġożwè jaqra l-Liġi; is-swar taʼ Ġeriko jaqaʼ u d-dar taʼ Raħab tibqaʼ wieqfa; Ġożwè jgħolli jdejh lejn is-sema u jitlob

ĠOŻWÈ kellu jmexxi lill-​poplu t’Iżrael biex jidħol fl-​Art Imwiegħda. Dan kien se jkun diffiċli ħafna. Madankollu, Ġeħova saħħu u inkuraġġieh billi qallu: “Kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila.” Hu qal lil Ġożwè li jekk jaqra u jobdi l-​Liġi, imbagħad kien se jieħu deċiżjonijiet għaqlin u jkollu suċċess.—Ġożwè 1:7, 8.

Aħna ngħixu fi “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom,” allura anke aħna niffaċċjaw sfidi diffiċli. (2 Timotju 3:1) Jekk irridu jkollna suċċess bħal Ġożwè, għandna bżonn nimxu fuq il-​parir li tah Ġeħova. Hemm bżonn li naqraw il-​Bibbja regolarment u nużaw dak li nitgħallmu biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin.

Imma xi wħud minna forsi ma jafux jistudjaw, jew jistaʼ jkun ma niħdux gost nistudjaw. Madankollu, studju personali tal-​Bibbja hu importanti ħafna. Hekk kif tara l-​kaxxa “Ipprova dawn is-​suġġerimenti,” se ssib għajnuniet biex tagħmel l-​istudju tiegħek iktar effettiv u pjaċevoli.

Is-​salmista kanta: “Mexxini fil-​mogħdija tal-​kmandamenti tiegħek, għax biha nitgħaxxaq.” (Salm 119:35) Anke inti tistaʼ tieħu gost tistudja l-​Kelma t’Alla. Hekk kif tkompli tistudjaha se tiskopri ħafna ħsibijiet sbieħ.

Għalkemm m’intix se tmexxi poplu bħalma kellu jagħmel Ġożwè, int għandek l-​isfidi tiegħek stess. Allura, bħal Ġożwè, studja u obdi l-​Kelma t’Alla. Jekk tagħmel dan, se tieħu deċiżjonijiet għaqlin u jkollok suċċess.

IPPROVA DAWN IS-SUĠĠERIMENTI

  • Raġel b’idejh flimkien biex jitlob

    Qabel ma tistudja, itlob. Il-​Bibbja fiha l-​ħsibijiet taʼ Ġeħova, u dawn inkitbu għall-​benefiċċju tiegħek. Allura meta taqra l-​Bibbja, itlob lil Ġeħova biex jgħinek tifhem dak li qed taqra, tiftakru, u tużah biex tieħu deċiżjonijiet tajbin f’ħajtek.—Esdra 7:10.

  • Raġel qed jistaqsi lilu nnifsu mistoqsija

    Staqsi lilek innifsek mistoqsijiet hekk kif taqra l-​Bibbja jew letteratura bbażata mill-​Bibbja. Pereżempju: ‘Din il-​parti x’tgħallimni dwar Ġeħova? Kif għandha x’taqsam mat-​tema tal-​Bibbja? Kif nistaʼ nuża dawn il-​ħsibijiet biex ngħin lil oħrajn?’

  • Raġel jimmedita

    Immedita fuq dak li tistudja. Ieqaf għal ftit, u aħseb dwar dak li għadek kemm qrajt. Staqsi lilek innifsek: ‘Dan kif iġegħelni nħossni? Għala jġegħelni nħossni b’dal-​mod? Dan kif setaʼ għenni fil-​passat, kif jistaʼ jgħinni issa, jew kif jistaʼ jgħinni fil-​futur? Kif nistaʼ napplika dawn il-​prinċipji tal-​Bibbja jew dan il-​parir f’ħajti?’ (Ġob 23:5; Salm 49:3) Meta timmedita, ara jekk tistax tispjega għala Ġeħova jgħid lill-​poplu tiegħu biex jevitaw ċerti affarijiet. Jew aħseb dwar x’jistgħu jkunu l-​konsegwenzi jekk il-​persunaġġ li għadek kemm qrajt dwaru għamel l-​affarijiet b’mod differenti.—Dewteronomju 32:28, 29.

  • Raġel jimmaġina rakkonti fil-Bibbja

    Uża l-​immaġinazzjoni tiegħek meta taqra. Pereżempju, tistaʼ timmaġina x-​xena meta ħut Ġużeppi bigħuh lill-​Ismagħelin? (Ġenesi 37:18-​28) X’qed tara, tismaʼ, u xxomm? Immaġina li int wieħed minn dawk il-​karattri. X’kienu qed jaħsbu u jħossu? Meta tuża l-​immaġinazzjoni tiegħek, l-​istudju se jkun ħafna iktar taʼ siwi.

  • Raġel juża l-għodod għall-istudju

    Uża l-​għodod għall-​istudju li l-​organizzazzjoni pprovdiet. Dawn jistgħu jagħmlu r-​riċerka tiegħek interessanti. Tgħallem uża l-​għodod disponibbli bil-​lingwa tiegħek, kemm onlajn kif ukoll stampati. Iżżommx lura milli titlob l-​għajnuna t’oħrajn biex jgħallmuk kif tużahom b’mod effettiv. Pereżempju, il-​LIBRERIJA ONLAJN tat-​Torri tal-​Għassa jew il-​Gwida għall-​Pubblikazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Ġeħova se jgħinuk issib xi nkiteb dwar ċerti suġġetti u jispjegaw ħafna versi Bibliċi. Uża l-​ktejjeb Gwida għall-​istudju tal-​Kelma t’Alla, li fih informazzjoni utli fuq il-​ġeografija, il-​kronoloġija, jiġifieri, rakkonti taʼ ġrajjiet imniżżlin skont iż-​żmien li seħħew, l-​użin u l-​kejl, u suġġetti oħra.

  • Raġel jiġbor fil-qosor il-punti prinċipali

    Iġbor fil-​qosor il-​punti prinċipali. Dan se jgħinek tiftakar dak li tkun għadek kif studjajt. Aħjar minn hekk, tkellem m’oħrajn dwar dak li tgħallimt. Hemm xi ħaġa li tistaʼ tużaha fil-​ministeru tiegħek? Billi tagħmel dawn l-​affarijiet, int se tiftakar il-​punti prinċipali, u oħrajn se jibbenefikaw mill-​istudju tiegħek ukoll.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja