LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwhf artiklu 28
  • Kif Tkun Missier Tajjeb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tkun Missier Tajjeb
  • Għajnuna għall-Familja
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhi r-responsabbiltà taʼ missier?
  • Il-missier għala hu importanti?
  • Il-missirijiet u t-tfal bniet
  • Kif it-Tfal Ibiddlu Żwieġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Għidilhom li tħobbhom
    Esperjenzi tax-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Jistaʼ Wieħed Jaħrab Għalkollox mir-Responsabbiltà Tiegħu Bħala Missier?
    Stenbaħ!—2000
  • Appendiċi—Il-Ġenituri Jistaqsu . . .
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
Ara Iżjed
Għajnuna għall-Familja
ijwhf artiklu 28
Missier u t-tifla tiegħu qed jimxu ferħanin flimkien.

GĦAJNUNA GĦALL-FAMILJA | TROBBIJA TAT-TFAL

Kif Tkun Missier Tajjeb

F’dan l-artiklu

  • X’inhi r-responsabbiltà taʼ missier?

  • Il-missier għala hu importanti?

  • Il-missirijiet u t-tfal bniet

  • Pariri għall-missirijiet

X’inhi r-responsabbiltà taʼ missier?

  • Qabel titwieled it-tarbija. It-tip taʼ raġel miżżewweġ li int bħalissa juri x’tip taʼ missier se tkun. Il-ktieb Do Fathers Matter? jgħid:

    “Missier x’aktarx se jkun iktar t’għajnuna għall-mara u t-tarbija wara li titwieled jekk jgħin lill-mara biex jixtru l-affarijiet għat-tarbija, jiħodha għall-appuntamenti għand it-tabib, u jara u jismaʼ t-tarbija fuq l-ultrasound.”

    “Ma ridtx li matul it-tqala l-mara tħossha waħedha, għalhekk għamilt li stajt biex ngħinha. Aħna għamilna l-kamra tat-tarbija flimkien. Meta konna qed nippreparaw l-affarijiet għat-tarbija, kien żmien speċjali għalina t-tnejn.”—James.

    Dak li tgħid il-Bibbja: “Tfittxux l-interessi persunali tagħkom biss, imma wkoll l-interessi persunali taʼ l-oħrajn.”—Filippin 2:4.

  • Wara li titwieled it-tarbija. Meta terfaʼ t-tarbija u tilgħab magħha se ssir close tagħha. Għin lill-mara tieħu ħsieb it-tarbija. Dak li tagħmel bħala missier se jkollu effett fuq it-tarbija meta tikber. Meta tkun close tat-tarbija se turi li hi prezzjuża għalik.

    “Inżel għal-livell tat-tfal u ilgħab magħhom. Tkunx serju magħhom. Iċċajta u daħħaqhom. Ftakar li t-tfal jitgħallmu x’inhi l-imħabba mill-ġenituri.”—Richard.

    Raġel li sar missier l-ewwel darba qed iżomm it-tarbija tiegħu.

    Dak li tgħid il-Bibbja: “It-tfal huma wirt mingħand Ġeħova; it-tfal huma rigal mingħand Alla.”—Salm 127:3.

  • Meta tikber it-tarbija. Studjużi sabu li meta t-tfal ikunu close maʼ missierhom imorru aħjar l-iskola, ikollhom inqas problemi emozzjonali, u x’aktarx ikun hemm inqas ċans li jaqgħu għad-droga u jagħmlu affarijiet oħra kontra l-liġi. Ħu l-ħin biex tibni ħbiberija tajba mat-tfal tiegħek.

    “It-tifel tiegħi qalli li l-iktar ħaġa li se jimmissja la jitlaq mid-dar hi l-konversazzjonijiet li jkollna meta nkunu fil-karozza jew meta nkunu qed nieklu. L-iktar konversazzjonijiet importanti li kellna kienu meta ma kontx qed nistenniehom. U kelli din l-opportunità għax qattajna ħafna ħin flimkien.”—Dennis.

    Missier u t-tifel tiegħu jitkellmu u jieħdu pjaċir fuq dgħajsa.

    Dak li tgħid il-Bibbja: “Oqogħdu attenti bis-sħiħ li ma timxux bħal nies bla għaqal imma bħal nies għorrief, u użaw il-ħin bl-aħjar mod.”—Efesin 5:15, 16.

Il-missier għala hu importanti?

Ħafna nies jistennew li l-missier jieħu ħsieb u jipproteġi l-familja, waqt li l-omm tara li l-familja tkun kuntenta. (Dewteronomju 1:31; Isaija 49:15) Kultant il-missier u l-omm jagħmlu ż-żewġ affarijiet. Imma studjużi jgħidu li l-missier u l-omm it-tnejn jagħtu xi ħaġa importanti biex il-familja tirnexxi.a

Biex tispjega dan, Judith Wallerstein li hi studjuża tal-familja tgħid x’ġara fil-familja tagħha stess. Hi kitbet: “Meta t-tifla tiegħi taʼ tnax-il sena tajritha karozza, hi riedet li missierha jitlaʼ fl-ambulanza magħha għax kienet tafdah iktar biex jieħu ħsiebha. Iktar tard meta kienet l-isptar, hi riditni noqgħod ħdejha l-ġurnata kollha biex ma tkunx waħedha.”b

“Missier jistaʼ jgħin il-familja tħossha protetta, xi ħaġa li omm tistaʼ ssibha diffiċli biex tagħmel waħedha. Fl-istess ħin, omm tgħin lit-tfal tagħha jħossu li tħobbhom u tifhimhom. Il-missier u l-omm jaħdmu flimkien bħala team.”—Daniel.

Dak li tgħid il-Bibbja: “Ibni, ismaʼ mid-dixxiplina taʼ missierek, u titlaqx il-liġi t’ommok.”—Proverbji 1:8.

Il-missirijiet u t-tfal bniet

Int bħala missier, għallem it-tifla tkun taf kif għandha tiġi trattata mill-irġiel. It-tifla tistaʼ titgħallem kif b’dawn iż-żewġ modi:

  • Billi tara kif int tittratta lil ommha. Meta turi li tħobb u tirrispetta l-mara tiegħek, it-tifla tara l-kwalitajiet importanti li għandha tfittex f’raġel meta tkun tixtieq tiżżewweġ.—1 Pietru 3:7.

    Tifla qed tieħu pjaċir tara lil ommha u missierha mal-mejda. Missierha qed iżomm id ommha u jidħqu.
  • Billi tara kif int tittratta lilha. Meta tirrispetta lit-tifla, int tgħallimha tirrispetta lilha nfisha. Hi titgħallem ukoll li rġiel oħrajn għandhom jittrattawha bl-istess mod.

    Imma meta missier il-ħin kollu jara l-ħażin fit-tifla, hi tistaʼ tibda tħossha ma tiswa xejn u tfittex l-attenzjoni mingħand irġiel oħra li jkollhom intenzjonijiet ħżiena.

    “Tifla li jkollha l-imħabba u l-għajnuna taʼ missierha għandha inqas ċans li tibda tħobb raġel li m’għandux kwalitajiet tajbin għaż-żwieġ.”—Wayne.

a Ħafna ommijiet irnexxielhom irabbu t-tfal mingħajr raġel.

b Mill-ktieb The Unexpected Legacy of Divorce.

Pariri għall-missirijiet

Gregory, it-tifla tiegħu Olivia, u l-mara tiegħu Audrey.

“Meta t-tifla ssir teenager, qattaʼ iktar ħin magħha. Uriha li għadek tħobbha daqs meta kienet tifla. Dan se jgħinha tħossha safe u li tistaʼ titkellem miegħek dwar kull suġġett. Hi tinduna meta ma jkollokx ħin għaliha u ħa tfittex lil xi ħadd ieħor maʼ min titkellem.”—Gregory mat-tifla tiegħu Olivia, u l-mara tiegħu Audrey.

Kif nistaʼ nkun missier tajjeb?

  • Kun taʼ sapport qabel titwieled it-tarbija. It-tip taʼ raġel miżżewweġ li int bħalissa juri x’tip taʼ missier se tkun wara li titwieled it-tarbija.

  • Ibqaʼ ħabib mat-tfal tiegħek huma u jikbru. Meta t-tfal ikunu close maʼ missierhom imorru aħjar l-iskola, ikollhom inqas problemi emozzjonali, u x’aktarx ikun hemm inqas ċans li jaqgħu għad-droga u l-alkoħol.

  • Kun raġel tajjeb fiż-żwieġ. Meta turi li tħobb u tirrispetta lill-mara tiegħek, it-tifla tiegħek titgħallem kif għandha tiġi trattata mill-irġiel.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja