LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 27
  • Ir-Reliġjon Hi Negozju Kbir?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ir-Reliġjon Hi Negozju Kbir?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Alla x’jaħseb meta fir-reliġjon idaħħlu n-negozju?
  • Kif nafu li l-Kristjani tal-bidu ma ħalltux in-negozju mar-reliġjon?
  • X’se jiġri dalwaqt mir-reliġjonijiet egoisti?
  • Għandek Tintalab Flus għall-Funzjonijiet Reliġjużi?
    Stenbaħ!—2010
  • X’Jgħallmu r-Reliġjonijiet Foloz Dwar Alla?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Qima Approvata minn Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Nipprattikaw ir-Reliġjon Pura Biex Nibqgħu Ħajjin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 27
Qassis u negozjant jieħdu b’idejn xulxin. It-tnejn lebsin deheb li jiswa l-flus.

Ir-Reliġjon Hi Negozju Kbir?

Innotajt li ħafna reliġjonijiet jiffokaw iktar fuq kemm ħa jagħmlu flus milli kif ħa jgħinu n-nies iqimu lil Alla? Huma jirreklamaw u jbigħu servizzi oħra. Ħafna mexxejja reliġjużi għandhom pagi għoljin u jgħixu ħajja lussuża. Innota xi eżempji:

  • Investigazzjoni wriet li isqof Kattoliku, f’perijodu taʼ 13-il sena, uża l-flus tal-knisja biex iħallas madwar 150 vjaġġ b’ajruplan privat u madwar 200 vjaġġ b’limousine. Nefaq ukoll iżjed minn erbaʼ miljun dollaru biex jirranġa d-dar tal-knisja fejn jgħix hu.

  • Qassis f’pajjiż Afrikan spiss kien jorganizza servizzi reliġjużi li għalihom kienu jattendu eluf kbar taʼ nies. Il-knisja tiegħu tbigħ kull tip t’affarijiet—minn żejt li jgħid li jagħmel il-mirakli sa xugamani u T-shirts bir-ritratt tiegħu fuqhom. Ħafna nies li kienu jattendu kienu foqra, waqt li hu kien sinjur kbir.

  • Fiċ-Ċina, minn erbaʼ muntanji li huma sagri għall-Buddisti, tnejn minnhom huma reġistrati bħala kumpaniji. U t-tempju famuż Shaolin hu involut f’ħafna proġetti kummerċjali. Il-mexxej reliġjuż taʼ dan it-tempju hu magħruf bħala s-“CEO monk.”

  • Negozji madwar l-Amerka qed jimpjegaw nies biex jivvintaw ritwali reliġjużi u biex jagħtu gwida reliġjuża lill-klijenti tagħhom.

Kif tħossok dwar ir-reliġjonijiet li moħħhom biex jaqilgħu l-flus? Qatt ħsibt x’jaħseb Alla dwar nies li jipprovaw jaqilgħu l-flus minn attivitajiet reliġjużi?

Alla x’jaħseb meta fir-reliġjon idaħħlu n-negozju?

Alla ma jiħux pjaċir meta fir-reliġjon jidħol in-negozju. Il-Bibbja turi li fil-passat Alla kien irrabjat ħafna mal-qassisin li kienu jgħidu li qed jirrappreżentawh waqt li riedu lin-nies iħallsuhom biex jgħallmuhom. (Mikea 3:11) Alla rrabja man-negozjanti egoisti li għamlu t-tempju tiegħu “għar tal-ħallelin.”—Ġeremija 7:11.

Bħal Alla, Ġesù wkoll kien irrabjat ma’ dawk li użaw ir-reliġjon biex jagħmlu l-flus. Fi żmienu, il-mexxejja reliġjużi kienu jaqilgħu l-flus min-negozjanti, li kienu jħalluhom ibigħu fit-tempju taʼ Ġerusalemm. Huma kienu jieħdu vantaġġ min-nies li kienu jiġu jqimu lil Alla fit-tempju. B’kuraġġ, Ġesù keċċa lin-negozjanti mit-tempju, u qalilhom: “Tibqgħux tagħmlu dar Missieri dar tal-merkanzija!”—Ġwanni 2:14-16.

Meta Ġesù kien fuq l-art, hu wera kif jaħsibha Alla. (Ġwanni 8:28, 29) Hu qatt ma ġiegħel lin-nies iħallsu biex jgħallimhom dwar Alla. Lanqas ma talab il-flus għall-mirakli, bħal meta temaʼ n-nies, fejjaq lill-morda, u qajjem lill-mejtin. Ġesù qatt ma pprova jsir sinjur billi għallem lin-nies, fil-fatt lanqas biss kellu dar.—Luqa 9:58.

Kif nafu li l-Kristjani tal-bidu ma ħalltux in-negozju mar-reliġjon?

Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu biex qatt ma jipprovaw jaqilgħu l-flus minn attivitajiet reliġjużi. Hu qal: “Irċivejtu b’xejn, għalhekk agħtu b’xejn.” (Mattew 10:8) Id-dixxipli tiegħu, li mbagħad saru magħrufin bħala Kristjani, obdew minn dak li qalilhom Ġesù. Ara ftit eżempji:

  • Raġel li kien jismu Xmun ried iħallas lill-appostlu Pietru, li kien ikun ma’ Ġesù, biex itih pożizzjoni għolja. Pietru mill-ewwel irrifjuta l-offerta taʼ Xmun, u b’mod sod qallu: “Ħa tinqered miegħek il-fidda tiegħek, għax int ħsibt li bil-flus tistaʼ tikseb l-għotja b’xejn mingħand Alla.”—Atti 8:18-20.

  • L-appostlu Pawlu kien jivvjaġġa ħafna biex jgħallem lin-nies dwar Alla. Għalkemm hu ħadem iebes għal ħafna u ħafna snin f’kongregazzjonijiet Kristjani differenti, hu qatt ma pprova jaqlaʼ l-flus minn dan. Hu u l-Kristjani sħabu ‘ma għamlux negozju mill-kelma t’Alla bħalma għamlu ħafna.’ (2 Korintin 2:17) Minflok, Pawlu kiteb: “Ħdimna lejl u nhar, biex ma nkunux taʼ piż finanzjarju għal xi ħadd minnkom, waqt li ppridkajnielkom l-aħbar tajba t’Alla.”—1 Tessalonikin 2:9.

Ovvjament, l-ewwel Kristjani kellhom bżonn il-flus biex jivvjaġġaw ħalli jippritkaw u jgħinu lin-nies. Imma huma qatt ma żammew flus għall-affarijiet li għamlu biex jgħinu lil oħrajn jaqdu lil Alla. In-nies setgħu jagħżlu li jagħtu skont dawn il-prinċipji li ġejjin:

  • 2 Korintin 8:12: “Għax jekk l-ewwel ikun hemm ir-rieda, din tkun speċjalment aċċettabbli skond dak li jkollu l-individwu, mhux skond dak li ma jkollux.”

    X’jgħallimna dal-vers? Ir-raġuni għala persuna tagħti hi iktar importanti milli kemm tagħti.

  • 2 Korintin 9:7: “Ħa jagħmel kull wieħed bħalma jkun iddeċieda f’qalbu, mhux kontra qalbu jew bilfors, għax Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ.”

    X’jgħallimna dal-vers? Alla ma jrid lil ħadd jagħti taʼ bilfors. Minflok, hu jieħu pjaċir meta persuna tagħti għax trid hi.

X’se jiġri dalwaqt mir-reliġjonijiet egoisti?

Il-Bibbja tagħmilha ċara li Alla ma jaċċettax ir-reliġjonijiet kollha jew kull tip taʼ qima. (Mattew 7:21-23) Fi profezija impressjonanti, il-Bibbja tqabbel l-organizzazzjonijiet tar-reliġjonijiet foloz kollha ma’ prostituta. Għala? Għax dawn ir-reliġjonijiet jaħdmu mal-gvernijiet għall-flus u l-pjaċiri u wkoll għax jieħdu vantaġġ min-nies. (Rivelazzjoni 17:1-3; 18:3) L-istess profezija mbagħad tgħid li Alla dalwaqt se jeqred lir-reliġjonijiet foloz kollha.—Rivelazzjoni 17:15-17; 18:7.

Imma sadattant Alla ma jridx li minħabba l-azzjonijiet ħżiena tar-reliġjonijiet foloz in-nies jiġu mqarrqin u ma jsirux jafu bih. (Mattew 24:11, 12) Hu jixtieq li n-nies sinċieri jitgħallmu jaqduh kif jixtieq hu u joħorġu mir-reliġjon falza.—2 Korintin 6:16, 17.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova kif ma jħalltux ir-reliġjon man-negozju?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova ma jżommux flus għal-letteratura tagħhom u biex jgħallmu lil oħrajn il-Bibbja. Huma la jiġbru flus fil-laqgħat tagħhom u lanqas ma jieħdu l-għaxra fil-mija. Il-flus li jkollhom bżonn jiġu minn donazzjonijiet volontarji. (Mattew 6:2, 3) Dawn l-artikli u s-serje t’artikli jagħtu iktar informazzjoni:

  • “Ix-Xogħol tax-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Jiġi Finanzjat?”

  • “How Do Jehovah’s Witnesses Use Donations?”

  • “Kif Jintużaw id-Donazzjonijiet Tiegħek?”

Tom.

Ħafna nies li riedu jsiru jafu lil Alla imma li ma kinux jafdaw ir-reliġjonijiet sabu li x-Xhieda taʼ Ġeħova huma differenti. Ara l-istorja taʼ Tom, raġel li ried jemmen f’Alla u anki studja biex isir qassis. Imma spiċċa qataʼ qalbu mir-reliġjon minħabba l-affarijiet diżgustanti li ra. X’kien li għenu meta studja l-Bibbja max-Xhieda taʼ Ġeħova? Ara l-vidjow biex issir taf.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja