LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 21
  • Qatt Se Jkun Hawn Ġustizzja fid-Dinja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qatt Se Jkun Hawn Ġustizzja fid-Dinja?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif tiġi l-inġustizzja?
  • Alla kif iħossu dwar l-inġustizzja?
  • Alla se jneħħiha l-inġustizzja?
  • Il-ħajja kif se tkun taħt il-gvern t’Alla?
  • Tistaʼ temmen il-wegħda t’Alla li se jneħħi l-inġustizzja kollha mid-dinja?
  • Għandna niġġieldu kontra l-inġustizzja?
  • X’Tistaʼ Tagħmel Dwar l-Inġustizzja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Int Tistaʼ Tkampa maʼ l-Inġustizzja!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ġeħova Jħobb il-Ġustizzja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 21
Il-miżien tal-ġustizzja.

Qatt Se Jkun Hawn Ġustizzja fid-Dinja?

Tmur fejn tmur fid-dinja, issib l-inġustizzja. Ara dawn iż-żewġ eżempji:

  • F’Jannar tal-2018, qorti fl-Istati Uniti ordnat li raġel li kien ilu l-ħabs kważi 38 sena jinħeles. Evidenza mid-DNA wriet li hu kien innoċenti.

  • F’Settembru tal-1994, tliet żgħażagħ f’pajjiż Afrikan spiċċaw il-ħabs għax għażlu li ma jidħlux fl-armata minħabba li dan kien imur kontra l-kuxjenza tagħhom. Sa Settembru tal-2020, huma kienu ilhom il-ħabs 26 sena mingħajr qatt ma ġew akkużati jew imtellgħin il-qorti.

Jekk qatt għaddejt minn inġustizzja, jaf tħossok kif ħassu Ġob, li qal: “Nibqaʼ ngħajjat għall-għajnuna, imma ħadd ma jaqbeż għalija.” (Ġob 19:7) Għalkemm il-ġustizzja tidher impossibbli llum, il-Bibbja twegħedna li se jiġi żmien fejn il-ġustizzja se tkun mad-dinja kollha. Ukoll, dak li tgħallimna l-Bibbja se jgħinna nkampaw mal-inġustizzja bħalissa.

Kif tiġi l-inġustizzja?

L-inġustizzja tiġi minħabba dawk li ma jobdux dak li jgħid Alla. Il-Bibbja turina li l-ġustizzja vera tiġi mingħand Alla. (Isaija 51:4) Fil-Bibbja, il-kliem ‘ġustizzja’ u “sewwa” jmorru id f’id. (Salm 33:5) Azzjonijiet li huma sewwa, jiġifieri sewwa skont dak li jgħidilna Alla, iġibu ġustizzja. Imma l-inġustizzja hija riżultat tad-dnub, jiġifieri meta persuna ma tobdix dak li jgħidilna Alla. Aħseb fuq l-eżempji li ġejjin:

  • L-egoiżmu. L-egoiżmu u d-dnub imorru id f’id. (Ġakbu 1:14, 15) Ħafna nies, biex jieħdu dak li jridu, jieħdu vantaġġ minn oħrajn billi jittrattawhom ħażin. Imma Alla jridna npoġġu l-interessi t’oħrajn qabel tagħna.—1 Korintin 10:24.

  • L-injoranza. Xi nies jittrattaw lil oħrajn ħażin mingħajr ma jirrealizzaw. Imma għal Alla dan xorta hu dnub. (Rumani 10:3) Fil-fatt, l-injoranza wasslet għal waħda mill-ikbar inġustizzja li qatt saret—il-mewt taʼ Ġesù Kristu.—Atti 3:15, 17.

  • It-tmexxija ħażina tan-nies. Suppost, in-negozjanti, il-politikanti, u l-mexxejja reliġjużi jagħmlu ċert li kulħadd jiġi ttrattat sew u b’ġustizzja. Imma spiss, huma stess ikunu l-kaġun tal-iżbalji, il-korruzzjoni, il-preġudizzju, u l-egoiżmu. Ukoll, huma stess ma jittollerawx kollox, u joħolqu differenza kbira fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Dan kollu jġib l-inġustizzja. Huwa veru li kultant ikun hemm xi nies li jixtiequ jagħmlu dak li hu tajjeb. Imma fl-aħħar mill-aħħar, jekk in-nies jinjoraw dak li jgħid Alla, mhux se jirnexxu.—Ekkleżjasti 8:9; Ġeremija 10:23.

Alla kif iħossu dwar l-inġustizzja?

Hu jobgħod kemm l-inġustizzja u kemm l-attitudnijiet u l-azzjonijiet li jġibu l-inġustizzja. (Proverbji 6:16-18) Hu ġiegħel lill-profeta Isaija jikteb: “Jien, Ġeħova,a inħobb il-ġustizzja, nobgħod is-serq flimkien maʼ l-inġustizzja.”—Isaija 61:8.

Il-Liġi li Alla kien ta lill-Iżraelin turi li hu ried lin-nies juru ġustizzja. Hu kkmanda lill-imħallfin biex ma jaċċettawx tixħim u affarijiet oħra, għax jistgħu jġibu l-inġustizzja. (Dewteronomju 16:18-20) Hu rrabja ħafna mal-Iżraelin li ħadu vantaġġ mill-foqra u minn dawk li kienu qed ibatu. Ukoll, hu rrifjutahom talli ma żammewx mal-livelli tiegħu.—Isaija 10:1-3.

Alla se jneħħiha l-inġustizzja?

Iva. Permezz taʼ Ġesù Kristu, Alla se jneħħi x’qed jikkaġuna l-inġustizzja—id-dnub. Ukoll, se jerġaʼ jagħmel lin-nies perfetti, kif xtaq Alla fil-bidu. (Ġwanni 1:29; Rumani 6:23) Alla għandu gvern fis-sema li se jmexxi fuq l-art u li se jġib ġustizzja mad-dinja kollha. (Isaija 32:1; 2 Pietru 3:13) Biex titgħallem iżjed dwar dan il-gvern fis-sema, ara l-vidjow X’Inhi s-Saltna t’Alla?

Il-ħajja kif se tkun taħt il-gvern t’Alla?

Meta jkun hawn ġustizzja mad-dinja kollha, kulħadd se jkun fil-paċi u fis-sigurtà. (Isaija 32:16-18) Alla jqis lil kulħadd l-istess, allura kulħadd se jiġi ttrattat sew. Id-dwejjaq, il-biki, u l-uġigħ li ġġib l-inġustizzja se jispiċċaw għal dejjem. U maż-żmien lanqas biss se niftakru l-inġustizzji li għaddejna minnhom. (Isaija 65:17; Rivelazzjoni 21:3, 4) Għal iżjed informazzjoni, ara l-artiklu “X’Se Twettaq is-Saltna t’Alla?”

Tistaʼ temmen il-wegħda t’Alla li se jneħħi l-inġustizzja kollha mid-dinja?

Iva. Il-Bibbja turi li dak li qalet permezz tal-profeziji dejjem sar, meta titkellem fuq l-istorja u x-xjenza dejjem hi eżatta, u mill-bidu sal-aħħar il-Bibbja taqbel f’dak li tgħid. Dawn juru li tistaʼ tafda dak li twegħedna. L-artikli li ġejjin jagħtu iżjed informazzjoni:

  • Kif Nistgħu Nkunu Ċerti li l-Bibbja Hi Vera? (vidjow)

  • “Profeziji li twettqu”

  • “Il-Profeziji Jitwettqu Dejjem”

  • “Reasons to Trust the Bible”

Għandna niġġieldu kontra l-inġustizzja?

Nies tajbin fiż-żminijiet tal-Bibbja għamlu dak kollu li setgħu biex ma jiġux trattati b’mod inġust. Pereżempju, l-appostlu Pawlu ġie mhedded b’kawża inġusta li setgħet twassal għall-mewt. Hu ma qabadx u aċċetta din l-inġustizzja. Minflok, hu uża l-liġi li kienet tiddefendih u appella biex jidher quddiem Ċesari.—Atti 25:8-12.

Imma jipprovaw kemm jipprovaw, in-nies mhux se jirnexxilhom ineħħu l-inġustizzja. (Ekkleżjasti 1:15) Però, ħafna sabu li meta jafdaw fil-wegħda t’Alla li se jkun hawn il-ġustizzja fid-dinja, tgħinhom ikollhom il-paċi meta jiffaċċjaw l-inġustizzja.

a Ġeħova hu l-isem persunali t’Alla.—Salm 83:18.

Il-Bibbja għenithom ikampaw mal-inġustizzja

  • Rafika.

    Rafika kienet ingħaqdet maʼ grupp li kien iwiegħed li se jiġġieled kontra l-inġustizzja. Imma hi telqet meta rat li kien qed iġiegħel lin-nies ikunu vjolenti. Iktar tard, hi bdiet tafda l-wegħda tal-Bibbja li se jkun hawn il-paċi u l-ġustizzja taħt is-Saltna t’Alla. Ara l-istorja tagħha.

  • Antoine.

    Antoine, li kiber fil-Libanu waqt gwerra ċivili, uża l-vjolenza biex jiġġieled l-inġustizzja. Imma żewġ versi mill-Bibbja għenuh biex isib il-paċi. Sir af kif il-Bibbja biddlitlu ħajtu.

  • Jukka.

    Jukka ġġieled kontra l-inġustizzja, imma ħass li waħdu ma setaʼ jasal imkien. Hu issa ferħan li qed juża l-enerġija tiegħu għall-unika tama li hawn għad-dinja. Aqra l-istorja tiegħu.

Versi mill-Bibbja dwar il-ġustizzja

Ekkleżjasti 3:16: “Rajt ukoll taħt ix-xemx li kien hemm il-ħażen f’post il-ġustizzja.”

X’jgħallimna dal-vers? Il-Bibbja tagħmilha ċara li fid-dinja hawn l-inġustizzja.

Ġob 34:12: “Alla żgur li ma jaġixxix bil-ħażen; Dak li Jistaʼ Kollox dejjem jagħmel dak li hu tajjeb.”

X’jgħallimna dal-vers? Alla qatt ma jikkaġuna l-inġustizzja.

Dewteronomju 32:4, 5: “Hu l-Blata, dak li jagħmel hu perfett, għax triqatu kollha huma ġusti. Hu Alla taʼ min jafdah li qatt mhu inġust; hu ġust u sewwa. Intom aġixxejtu b’mod mill-agħar. M’intomx it-tfal tiegħu, it-tort hu tagħkom stess.”

X’jgħallimna dal-vers? L-inġustizzja ma tiġix minn Alla, imma min-nies li jidinbu u ma jobdux dak li jgħid Alla.

Isaija 32:1: “Sultan se jsaltan għas-sewwa; u prinċpijiet se jaħkmu għall-ġustizzja.”

X’jgħallimna dal-vers? Is-Saltna t’Alla se tmexxi bis-sewwa u bil-ġustizzja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja