LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 49
  • Il-Qima tal-Istatwi—X’Tgħid il-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Qima tal-Istatwi—X’Tgħid il-Bibbja?
  • Iktar Suġġetti
  • Materjal Simili
  • Jistgħu x-Xbihat Iressquk Eqreb Lejn Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Għandu Alla Jiġi Meqjum Permezz tax-Xbihat?
    Stenbaħ!—2008
  • Ix-xbihat
    Stenbaħ!—2014
  • Għandna Nqimu lix-Xbihat?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 49
Il-Papa Franġisku b’rasu baxxuta quddiem statwa taʼ Marija.

IBQAʼ ATTENT!

Il-Qima tal-Istatwi—X’Tgħid il-Bibbja?

Skont il-Catholic News Service, waqt ċerimonja fil-Bażilika taʼ San Pietru li saret fil-25 taʼ Marzu 2022, il-Papa Franġisku kien quddiem statwa taʼ Marija “b’għajnejh magħluqin u rasu baxxuta jitlob f’qalbu.” Hu “talab bil-ħerqa lil Marija” għall-paċi. Rapport tal-Vatican News qal li “l-Papa talab l-Att taʼ Konsagrazzjoni għall-umanità, speċjalment għar-Russja u l-Ukrajna, lill-Qalb Immakulata taʼ Marija.”

Int x’taħseb? Huwa xieraq li titlob quddiem l-istatwi jew li tużahom fil-qima? Ikkunsidra l-versi tal-Bibbja li ġejjin:

  • “Tagħmilx għalik xi xbieha skolpita jew forma bħal xi ħaġa li hemm fis-smewwiet ’il fuq, jew li hemm fuq l-art taħt, jew li hemm fl-ilmijiet taħt l-art. Tmilx quddiemhom u lanqas tiġi mħajjar biex taqdihom, għaliex jien Ġeħova Alla tiegħek, jien Alla li nesiġi devozzjoni esklużiva.”—Eżodu 20:4, 5.a

  • “L-idoli tagħhom huma fidda u deheb, Xogħol idejn il-bniedem. Fomm għandhom, imma ma jistgħux jitkellmu; għajnejn għandhom, imma ma jistgħux jaraw; widnejn għandhom, imma ma jistgħux jisimgħu. Imnieħer għandhom, imma ma jistgħux ixommu. Idejn għandhom, imma ma jistgħux iħossu. Saqajn għandhom, imma ma jistgħux jimxu; ma jlissnu ebda ħoss b’gerżumithom. Dawk li jagħmluhom isiru bħalhom, dawk kollha li jafdaw fihom.”—Salm 115:4-8.

  • “Jien Ġeħova. Dak hu ismi; u lil ħadd iktar ma nagħti l-glorja tiegħi, lanqas it-tifħir tiegħi lix-xbihat minquxin.”—Isaija 42:8.

  • “Aħarbu mill-idolatrija.”—1 Korintin 10:14.

  • “Ħarsu ruħkom mill-idoli.”—1 Ġwanni 5:21.

Għal iktar informazzjoni dwar dak li tgħid il-Bibbja fuq l-użu tal-istatwi fil-qima, aqra l-artiklu “Il-Ħarsa tal-Bibbja—Ix-Xbihat” jew ara l-vidjow Jaċċetta Alla li Nużaw Statwi Biex Inqimuh?

Għandek mnejn tkun interessat f’dak li tgħid il-Bibbja dwar dawn is-suġġetti:

  • “Il-verġni Marija​—X’tgħid il-Bibbja dwarha?”

  • “Għandek Titlob lill-Verġni Marija?”

  • “Miracles and Apparitions—Signs From God?”

  • “Il-Paċi fuq l-Art—Kif Se Tinkiseb?”

Photo credit: Vincenzo Pinto/AFP via Getty Images

a Ġeħova huwa l-isem personali t’Alla. (Salm 83:18) Ara l-artiklu “Min hu Ġeħova?”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja