IBQAʼ ATTENT!
6 Miljun Persuna Mietu bil-COVID—X’Tgħid il-Bibbja?
Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), sat-23 taʼ Mejju 2022 mietu 6.27 miljun persuna minħabba l-COVID-19. Imma artiklu tal-aħbarijiet li ħarġet il-WHO fil-5 taʼ Mejju 2022, qal li mietu ħafna iżjed nies. L-artiklu qal li fl-2020 u fl-2021 “dawk li mietu bil-COVID-19 jew waqt li kellhom il-COVID-19 kienu madwar 14.9 miljuni.” Il-Bibbja titkellem dwar dawn it-traġedji?
Il-Bibbja qalet li se jkun hawn il-pandemiji
Ġesù qal li “fl-aħħar jiem” se jkun hawn “mard li jittieħed” jew epidemiji.—Luqa 21:11; 2 Timotju 3:1.
Dak li qal Ġesù qed narawh jiġri llum. Biex tkun taf iktar, aqra l-artiklu “X’Inhu s-Sinjal tal-‘Aħħar Jiem,ʼ jew ‘Żmien it-Tmiem’?”
Il-Bibbja tagħtina l-kuraġġ
“L-Alla taʼ kull faraġ . . . ifarraġna fit-tribulazzjoni kollha tagħna.”—2 Korintin 1:3, 4.
Ħafna li mitilhom xi ħadd li jħobbu ħassewhom inkuraġġiti b’dak li tgħid il-Bibbja. Biex tkun taf iktar, aqra l-artikli “Kif tkampa man-niket—Dak li tistaʼ tagħmel issa” u “L-aqwa għajnuna għal dawk li tilfu lil xi ħadd.”
Il-Bibbja ttina soluzzjoni
“Ħa tiġi Saltnatek. Ħa jsir li trid int fuq l-art bħalma hu fis-sema.”—Mattew 6:10.
Dalwaqt “is-saltna t’Alla” se tagħmel xi ħaġa biex ‘ħadd ma jgħid: “Jien marid.”’ (Marku 1:14, 15; Isaija 33:24) Ara l-vidjow X’Inhi s-Saltna t’Alla? biex issir taf dwar dan il-gvern fis-sema u x’se jagħmel.
Nistidnuk titgħallem iżjed dwar il-Bibbja biex int u l-familja tiegħek tibbenefikaw mill-pariri tajbin li ttina u mill-wegħdi sbieħ li fiha.