JenkoAtaman/stock.adobe.com
IBQAʼ ATTENT!
Tama Sabiħa għas-Sena 2023—X’Tgħid il-Bibbja?
Issa li bdiet is-sena 2023, kulħadd jittama affarijiet sbieħ għalih u għall-familja tiegħu. Għala nistgħu nħarsu ’l quddiem għall-futur?
Il-Bibbja tagħti tama
Il-Bibbja tagħtina l-aħbar tajba li l-problemi li għaddejjin minnhom huma biss temporanji u dalwaqt se jispiċċaw. Fil-fatt, il-Bibbja ‘nkitbet għall-istruzzjoni tagħna, biex permezz . . . tal-faraġ mill-Iskrittura jkollna t-tama.’—Rumani 15:4.
Biex titgħallem iktar dwar il-wegħdi tal-Bibbja, aqra l-artiklu “Tama Vera għal Futur Aħjar.”
Tama li tistaʼ tgħinek minn issa
It-tama tal-Bibbja tistaʼ tkun bħal ‘ankra għal ħajjitna.’ (Ebrej 6:19) Bħalma ankra tgħin dgħajsa tibqaʼ f’postha fil-maltemp, it-tama tistaʼ tgħinna nissaportu l-problemi tagħna, inkunu pożittivi, u nibqgħu ferħanin. Pereżempju:
Sir af kif it-tama tal-Bibbja għenet lil raġel li sabha diffiċli biex jaqtaʼ l-vizzji li kellu. Ara l-vidjow Iddejjaqt bil-mod kif kont qed ngħix.
Ara kif it-tama tal-Bibbja tistaʼ tgħinna meta jmutilna xi ħadd li nħobbu. Ara l-vidjow Għajnuna għal Meta Titlef lil Xi Ħadd li Tħobb.
Saħħaħ it-tama tiegħek
Ħafna nies jittamaw li jiġrulhom affarijiet tajbin, imma ma jistgħux ikunu ċerti li żgur se jiġru. Dak li twiegħed il-Bibbja hu differenti. Għala? Għax dak li twegħedna l-Bibbja hu mingħand Alla Ġeħova,a “li ma jistax jigdeb.” (Titu 1:2) Ġeħova biss għandu l-qawwa li jżomm il-wegħdi tiegħu kollha. Hu jistaʼ “jagħmel kulma jogħġbu.”—Salm 135:5, 6.
Minn qalbna nistidnuk biex tibbenefika mit-tama li tistaʼ toqgħod fuqha tal-Bibbja. Tistaʼ tkun ċert minn dan billi ‘teżamina bir-reqqa l-Iskrittura.’ (Atti 17:11) Sir af billi tipprova kors tal-Bibbja b’xejn. Ibda s-sena 2023 b’tama sabiħa għall-futur!
a Ġeħova hu l-isem persunali t’Alla.—Salm 83:18.