Il-Bibbja Kif Tistaʼ Tgħinek Biex Ma Tħossokx Waħdek?
Fl-2023 grupp taʼ tobba u esperti tas-saħħa ndunaw kemm hi problema serja li wieħed iħossu waħdu. Hemm xi ħaġa li nistgħu nagħmlu?
Dr. Vivek Murthy, kirurgu ġenerali tal-Istati Uniti, qal: “Li nħossuna waħedna u ninqatgħu għalina, jistaʼ jeffettwa s-saħħa u l-ferħ tagħna. Imma nistgħu nagħmlu xi ħaġa. Kuljum nistgħu nagħmlu affarijiet żgħar li jgħinuna nsiru iktar close tal-ħbieb tagħna.”a
Aħna nistgħu nħossuna waħedna anki jekk inkunu maʼ ħafna nies. Hi x’inhi r-raġuni għala nħossuna waħedna l-Bibbja tistaʼ tgħinna. Fiha hemm pariri taʼ kif issaħħaħ il-ħbiberiji tiegħek biex ma tħossokx waħdek.
Pariri mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk
Tgħallem ismaʼ u tkellem. Dan ifisser li mhux biss tgħid lil oħrajn kif tħossok imma tkun lest li tismaʼ lilhom ukoll. Iktar ma turi li jinteressak f’oħrajn, iktar se jkollok ħbiberiji b’saħħithom.
Prinċipju tal-Bibbja: “Tfittxux dak li jaqbel lilkom biss, imma wkoll dak li jaqbel lil ħaddieħor.”—Filippin 2:4.
Agħmel ħbieb maʼ nies differenti. Kun lest li tagħmel ħbieb maʼ nies li huma ikbar jew iżgħar minnek u li għandhom background jew ġejjin minn pajjiż differenti.
Prinċipju tal-Bibbja: ‘Għandkom tħobbu iktar.’—2 Korintin 6:13.
Biex issir taf kif jistaʼ jkollok ħbiberiji aħjar m’oħrajn, ara l-artiklu “Nissodisfaw ix-Xewqa Kbira Tagħna għall-Ħbiberija.”
a Il-ktieb Our Epidemic of Loneliness and Isolation: The U.S. Surgeon General’s Advisory on the Healing Effects of Social Connection and Community, 2023.