Mary_Ukraine/stock.adobe.com
IBQAʼ ATTENT!
In-Nies Jitilfu l-Fiduċja fil-Politikanti—X’Tgħid il-Bibbja?
Fis-sena 2024 madwar id-dinja se jkun hemm l-ikbar numru taʼ elezzjonijiet li qatt kien hemm f’sena waħda. Imma, ħafna nies qed jitilfu l-fiduċja tagħhom fil-politikanti.
Fi studju li sar fl-Amerka, il-biċċa l-kbira qalu li “ħafna mill-politikanti huma mmotivati minn raġunijiet egoistiċi” minflok ma jixtiequ jagħmlu dak li hu tajjeb għan-nies.a—Pew Research Center, 19 taʼ Settembru 2023.
Ħafna żgħażagħ ukoll ma jafdawx lill-politikanti.
“Ħafna miż-żgħażagħ tal-lum jinteressahom milli jsibu soluzzjonijiet għall-problemi importanti, imma f’surveys li saru huma qalu li l-politikanti mhumiex isibu dawn is-soluzzjonijiet.”—The New York Times, 29 taʼ Jannar 2024.
“Meta ġew mistoqsijin ħafna żgħażagħ qalu li jafdaw iżjed lil YouTubers milli lill-politikanti.”—The Korea Times, 22 taʼ Jannar 2024.
Lill-politikanti nistgħu nafdawhom għall-futur aħjar? Lil min nistgħu nafdaw?
Attent lil min tafda
In-nies jagħmlu tajjeb li joqogħdu attenti lil min jafdaw. Il-Bibbja tgħid li “xi ħadd bla esperjenza jemmen kollox, imma l-għaqli jaħseb sew dwar kull ħaġa li se jagħmel.”—Proverbji 14:15.
Biex jgħinek tkun taf liema informazzjoni tistaʼ tafda, aqra l-artiklu “Oqgħod Attent minn Informazzjoni Ħażina.”
Anki l-iżjed politikanti onesti u li jipprovaw jgħinu lin-nies, huma limitati f’dak li jistgħu jagħmlu. Għalhekk il-Bibbja tavżana:
“Tafdawx lill-mexxejja u lanqas nies oħrajn, għax ma jistgħux isalvawkom.”—Salm 146:3.
Mexxej li tistaʼ tafda
Il-Bibbja tispjega li Alla għażel mexxej li hu kapaċi u li nistgħu nafdawh. Dan hu Ġesù Kristu. (Luqa 1:32, 33) Ġesù hu r-Re tas-Saltna t’Alla, gvern li jmexxi mis-sema.—Mattew 6:10.
Tgħallem għala tistaʼ tafda lil Ġesù u x’se jagħmel biex isolvi l-problemi li qed niffaċċjaw. Aqra l-artikli “Min Jistħoqqlu Jkun is-Sultan tas-Saltna t’Alla?” u “X’Se Twettaq is-Saltna t’Alla?”
a Pew Research Center, “Americans’ Dismal Views of the Nation’s Politics,” Settembru 2023.