LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwfq artiklu 12
  • Ix-Xogħol tax-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Jiġi Finanzjat?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-Xogħol tax-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Jiġi Finanzjat?
  • Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Modi Differenti taʼ Donazzjonijiet
  • “Għotja lil Ġeħova”
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Uri apprezzament għall-ġenerożità taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Kemm Għandi Nagħti Bħala Donazzjoni?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Il-Valur taʼ “Żewġ Muniti Żgħar”
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwfq artiklu 12
Mara qed titfaʼ l-flus f’kaxxa għall-kontribuzzjonijiet.

Ix-Xogħol tax-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Jiġi Finanzjat?

Ix-xogħol tagħna taʼ madwar id-dinja jiġi finanzjat l-iktar minn donazzjonijiet volontarji li jagħtu x-Xhieda taʼ Ġeħova b’mod individwali.a Fejn niltaqgħu jkun hemm kaxxi għall-kontribuzzjonijiet. Modi oħra kif dak li jkun jistaʼ jikkontribwixxi huma mniżżlin fil-paġna tagħna tad-Donazzjonijiet. F’din il-paġna hemm għażliet differenti ħalli wieħed ikun jistaʼ jikkontribwixxi għax-xogħol taʼ madwar id-dinja, għall-ispejjeż lokali, jew għat-tnejn li huma.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova mhumiex mistennijin li jagħtu l-għexur jew inkella xi ammont jew persentaġġ speċifiku mid-dħul tagħhom. (2 Korintin 9:7) Fil-laqgħat tagħna la niġbru flus u lanqas inġiegħlu lil xi ħadd iħallas biex jidħol. Ukoll, il-ministri reliġjużi tagħna jagħtu servizzi bħal tal-magħmudija, funerali, żwieġ, u oħrajn b’xejn. Aħna ma norganizzawx bażars, tombli, coffee mornings, biljetti tal-lotterija, bejgħ taʼ ikel, jew avvenimenti simili biex niġbru l-flus. U lanqas ma nitolbu lin-nies biex jagħtu donazzjoni. L-informazzjoni dwar min ikun ta donazzjoni tinżamm kunfidenzjali u ma tkunx disponibbli għall-pubbliku. (Mattew 6:2-4) Fil-websites u l-pubblikazzjonijiet tagħna la nagħmlu reklami biex naqilgħu l-flus u lanqas nirreklamaw negozji oħra.

Kull kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova toħroġ rapport finanzjarju kull xahar fil-laqgħat, fejn kulħadd jistaʼ jattendi. Isir audit b’mod regulari tar-rekords finanzjarji taʼ kull kongregazzjoni biex id-donazzjonijiet jiġu kkontrollati sew.—2 Korintin 8:20, 21.

Modi Differenti taʼ Donazzjonijiet

  • Kaxxi tal-kontribuzzjonijiet: Tistaʼ tagħti donazzjoni bil-flus jew b’ċekk fil-kaxxi tal-kontribuzzjonijiet fis-Swali tas-Saltna, Swali tal-Assembleat, jew f’postijiet oħra fejn jinżammu l-laqgħat tagħna.

  • Donazzjonijiet online: F’ħafna pajjiżi tistaʼ tuża l-paġna “Donate to Jehovah’s Witnesses” biex tagħti donazzjoni permezz tal-kards taʼ kreditu u debitu, trasferimenti bankarji, u metodi elettroniċi oħra.b Xi Xhieda jagħżlu li ‘jwarrbu xi ħaġa’ kull xahar billi jirranġaw li kull xahar issir donazzjoni b’wieħed minn dawn il-metodi.—1 Korintin 16:2.

    Raġel qed iħares lejn il-paġna ‘Donate to Jehovah’s Witnesses’ fuq jw.org.
  • Ippjana li tagħti: Xi metodi taʼ donazzjonijiet ikollhom bżonn li tippjana bil-quddiem u/jew parir legali. Meta tagħmel hekk għandek mnejn tkun tistaʼ tieħu vantaġġ mill-benefiċċji tat-taxxi tal-pajjiż tiegħek. Ħafna wħud ibbenefikaw billi informaw ruħhom sew dwar donazzjonijiet li jistgħu jingħataw waqt li jkunu għadhom ħajjin jew wara li jiġu neqsin. Jekk jogħġbok ikkuntattja l-uffiċċju tal-fergħa lokali tax-Xhieda taʼ Ġeħova għal iktar dettalji jekk tixtieq tagħti donazzjoni permezz taʼ:

    • kontijiet bankarji

    • skemi taʼ assigurazzjoni u rtirar

    • propjetà

    • stokks u bonds

    • testmenti u trusts

Għal iktar informazzjoni dwar metodi differenti taʼ donazzjonijiet fejn toqgħod int, ara l-paġna “Donate to Jehovah’s Witnesses.”

a Xi wħud li mhumiex Xhieda wkoll għandhom il-pjaċir li jappoġġjaw dan ix-xogħol billi jagħtu kontribuzzjoni.

b Għal aktar informazzjoni ara l-vidjow Kif tagħti donazzjonijiet bl-internet.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja