LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 31
  • Problemi Finanzjarji u Dejn—Tistaʼ Tgħin il-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Problemi Finanzjarji u Dejn—Tistaʼ Tgħin il-Bibbja?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • L-istabbilità finanzjarja
    Stenbaħ!—2019
  • Kif tqassmu l-flus
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Qassam Flusek bil-Għaqal
    Stenbaħ!—2009
  • Il-flus
    Stenbaħ!—2014
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 31

Problemi Finanzjarji u Dejn​—Tistaʼ Tgħin il-Bibbja?

It-tweġiba tal-Bibbja

Iva. L-erbaʼ prinċipji tal-Bibbja li ġejjin jistgħu jgħinuk fil-problemi finanzjarji u d-dejn.

  1. Ippjana kemm se tonfoq. “Il-pjanijiet tal-ħabrieki żgur li jkunu taʼ vantaġġ għalih, imma kulmin jgħaġġel żgur li jiġi fil-bżonn.” (Proverbji 21:5) Tgħaġġilx biex tixtri xi ħaġa sempliċement għax tkun bi prezz irħas. Agħmel pjan finanzjarju—baġit—u żomm miegħu.

  2. Evita dejn bla bżonn. “Min jissellef hu l-qaddej taʼ min isellfu.” (Proverbji 22:7) Jekk int diġà qiegħed fid-dejn u ma tistax tlaħħaq mal-pagamenti, ipprova nnegozja ftehim ġdid mal-kredituri tiegħek. Kun persistenti. Applika l-parir li l-Bibbja tat lil dak li mingħajr għaqal iggarantixxa self, u b’hekk daħal f’responsabbiltà għad-dejn: “Mur umilja ruħek, u sus wara għajrek. La tagħtix ngħas lil għajnejk, u lil xfar għajnejk lanqas mistrieħ.” (Proverbji 6:1-5, Karm Żammit) Anki jekk l-ewwel talba ma tintlaqax, ibqaʼ itlob għal aġġustament.

  3. Żomm ħarsa bilanċjata lejn il-flus. “Tkunx egoist u ħerqan biex issir sinjur​—int se tispiċċa agħar minn dak li tistaʼ taħseb.” (Proverbji 28:22, Contemporary English Version) L-għira u l-kilba għall-flus mhux biss jistgħu jwasslu għal diżastru finanzjarju, imma wkoll jistgħu ma jħallux ħin għal affarijiet spiritwali.

  4. Kun kuntent. “La għandna x’nieklu u biex nitgħattew, għandna nkunu kuntenti b’dawn l-affarijiet.” (1 Timotju 6:8) Il-flus ma jistgħux jixtru l-ferħ u l-kuntentizza. Xi wħud mill-iktar nies ferħanin fid-dinja m’għandhomx ħafna flus. Imma għandhom l-imħabba tal-familja u l-ħbieb, u ħbiberija m’Alla.—Proverbji 15:17; 1 Pietru 5:6, 7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja