LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 35
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar il-Milied?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar il-Milied?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • L-istorja tad-drawwiet tal-Milied
  • Il-Milied—Għala daqshekk Popolari fil-Ġappun
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Il-Milied—Għala Saħansitra fl-Orjent?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Il-Milied għandu jiġi ċċelebrat mill-Kristjani?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx il-Milied?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 35

Il-Bibbja X’Tgħid Dwar il-Milied?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-Bibbja ma tagħtix id-data tat-twelid taʼ Ġesù, u lanqas ma tgħid li għandna niċċelebraw it-twelid tiegħu. Bħalma tgħid is-Cyclopedia taʼ McClintock u Strong’s: “L-osservanza tal-Milied mhijiex ġejja minn Alla, u lanqas ma toriġina mit-TĠ [Testment il-Ġdid].”

Minflok, analisi tal-istorja tal-Milied tesponi l-oriġini tagħha f’riti pagani reliġjużi. Il-Bibbja turi li noffendu lil Alla jekk nipprovaw inqimuh b’mod li ma japprovahx.—Eżodu 32:5-7.

L-istorja tad-drawwiet tal-Milied

  1. Iċ-ċelebrar tat-twelid taʼ Ġesù: “Il-Kristjani tal-bidu ma kinux jiċċelebraw it-twelid [taʼ Ġesù] għax kienu jqisu ċ-ċelebrazzjoni tat-twelid taʼ kwalunkwe persuna bħala drawwa pagana.”—The World Book Encyclopedia.

  2. Il-25 taʼ Diċembru: M’hemm ebda prova li Ġesù twieled f’din id-data. Il-mexxejja reliġjużi x’aktarx li għażlu din id-data biex taħbat mal-festi pagani li jinżammu fid-data jew madwar id-data tas-solstizju tax-xitwa.

  3. L-għoti tar-rigali, iċ-ċelebrar, u l-parties: The Encyclopedia Americana tgħid: “Is-Saturnalja, festa Rumana ċelebrata f’nofs Diċembru, ipprovdiet il-mudell għal ħafna mid-drawwiet taʼ xalar tal-Milied. Pereżempju, minn din iċ-ċelebrazzjoni ġejjin il-festi elaborati, l-għoti tar-rigali, u l-użu tax-xemgħa mixgħula.” L-Encyclopædia Britannica tgħid li “x-xogħol u n-negozju kollu kienu jieqfu” matul is-Saturnalja.

  4. Id-dwal tal-Milied: Skont The Encyclopedia of Religion, l-Ewropej kienu jżejnu djarhom “bi dwal u siġar ħodor taʼ kull tip” biex jiċċelebraw is-solstizju tax-xitwa u biex iħarsu ruħhom mill-ispirti mill-agħar.

  5. Il-mistletoe u l-holly: “Id-Druwidi kienu jagħtu proprjetajiet maġiċi lill-mistletoe b’mod partikulari. Il-holly aħdar kien jiġi meqjum bħala wegħda li x-xemx se tirritorna.”—The Encyclopedia Americana.

  6. Is-siġra tal-Milied: “Il-qima lis-siġra, komuni fost l-Ewropej pagani, baqgħet teżisti wara l-konverżjoni tagħhom għall-Kristjanità.” Wieħed mill-modi kif baqgħet teżisti l-qima tas-siġra hu d-drawwa li “titpoġġa siġra tal-Milied f’xi daħla jew fid-dar fil-btajjel taʼ nofs ix-xitwa.”​—Encyclopædia Britannica.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja