LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 38
  • X’Inhi r-Rieda t’Alla Għalija?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhi r-Rieda t’Alla Għalija?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Dwar l-Alla l-Veru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Ibqaʼ qrib taʼ Ġeħova
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Min hu Ġesù Kristu?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 38

X’Inhi r-Rieda t’Alla Għalija?

It-tweġiba tal-Bibbja

Alla jridek issir tafu bħala Persuna, tersaq qrib lejh, u mbagħad tħobbu u taqdih b’qalbek kollha. (Mattew 22:37, 38; Ġakbu 4:8) Tistaʼ titgħallem kif tagħmel dak li jrid Alla mill-ħajja u mit-tagħlim taʼ Ġesù. (Ġwanni 7:16, 17) Ġesù mhux biss tkellem dwar ir-rieda t’Alla imma għamilha tul ħajtu. Fil-fatt, Ġesù qal li l-iskop tiegħu fil-ħajja ma kienx “biex nagħmel ir-rieda tiegħi imma r-rieda taʼ dak li bagħatni.”—Ġwanni 6:38.

Għandi bżonn xi sinjal, viżjoni, jew sejħa speċjali biex inkun naf x’inhi r-rieda t’Alla għalija?

Le, għax il-Bibbja fiha l-messaġġ t’Alla lill-bnedmin. Fiha kulma għandek bżonn biex tkun “armat bis-sħiħ għal kull għemil tajjeb.” (2 Timotju 3:16, 17) Alla jridek tuża l-Bibbja flimkien mal-“qawwa tar-raġuni” tiegħek biex titgħallem x’inhi r-rieda tiegħu għalik.—Rumani 12:1, 2; Efesin 5:17.

Nistaʼ tassew nagħmel ir-rieda t’Alla?

Iva, tistaʼ għax il-Bibbja tgħid: “Il-kmandamenti tiegħu [t’Alla] m’humiex tqal.” (1 Ġwanni 5:3) Ma jfissirx li hu dejjem faċli li tobdi l-kmandamenti t’Alla. Imma l-benefiċċji li tikseb jisbqu bil-kbir l-isforz li trid tagħmel. Ġesù nnifsu qal: “Henjin dawk li jisimgħu l-kelma t’Alla u jħarsuha!”—Luqa 11:28.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja