LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwfq artiklu 19
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx l-Għid?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx l-Għid?
  • Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ideat żbaljati komuni
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala ma jiċċelebrawx l-Għid?
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Għid?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Huwa l-​Għid verament ċelebrazzjoni Kristjana?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Twemmin u Drawwiet Li Ma Jogħġbux Lil Alla
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Għandna Aħna Niċċelebraw il-​Festi?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwfq artiklu 19

Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx l-Għid?

Ideat żbaljati komuni

Ħrafa: Ir-raġuni għala x-Xhieda taʼ Ġeħova ma jiċċelebrawx l-Għid hi għax mhumiex Kristjani.

Fatt: Aħna nemmnu li Ġesù Kristu hu s-Salvatur tagħna, u nagħmlu l-almu tagħna biex ‘nimxu mill-qrib wara l-passi tiegħu.’—1 Pietru 2:21; Luqa 2:11.

Ħrafa: Intom ma temmnux li Ġesù ġie mqajjem mill-mewt.

Fatt: Aħna nemmnu fl-irxoxt taʼ Ġesù; nirrikonoxxu li hu fundamentali għall-fidi Kristjana u nenfasizzawh fl-ippritkar tagħna.—1 Korintin 15:3, 4, 12-15.

Ħrafa: Intom ma jimpurtakomx li wliedkom ma jesperjenzawx il-ferħ li ġġib magħha l-festa tal-Għid.

Fatt: Lil uliedna nħobbuhom—nagħmlu kulma nistgħu biex inħarrġuhom u ngħinuhom ikunu ferħanin.—Titu 2:4.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala ma jiċċelebrawx l-Għid?

  • Iċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Għid mhijiex ibbażata fuq il-Bibbja.

  • Ġesù kkmandana biex nikkommemoraw il-mewt tiegħu, mhux l-irxoxt tiegħu. Aħna nosservaw din it-Tifkira kull sena fl-anniversarju tal-mewt tiegħu, skont il-kalendarju lunari tal-Bibbja.—Luqa 22:19, 20.

  • Aħna nemmnu li l-oriġini tad-drawwiet tal-għid, li jiġu minn riti antiki tal-fertilità, jagħmlu l-Għid mhux aċċettabbli għal Alla. Alla jridna nagħtuh “devozzjoni esklużiva,” u joffendi ruħu b’qima li tinkludi prattiki li ma japprovahomx.—Eżodu 20:5; 1 Slaten 18:21.

Aħna nemmnu li d-deċiżjoni tagħna biex ma niċċelebrawx l-Għid hi bbażata b’mod sod fuq il-Bibbja, li tinkuraġġina nużaw l-‘għaqal u l-abbiltà li naħsbu,ʼ u mhux li sempliċement insegwu t-tradizzjonijiet tal-bnedmin. (Proverbji 3:21; Mattew 15:3) Filwaqt li naqsmu maʼ ħaddieħor it-twemmin tagħna dwar l-Għid meta xi ħadd jistaqsina, nirrispettaw ukoll id-dritt taʼ kull individwu li jiddeċiedi x’se jagħmel.—1 Pietru 3:15.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja