LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwfq artiklu 18
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx il-Milied?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx il-Milied?
  • Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ideat żbaljati komuni
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala ma jiċċelebrawx il-Milied?
  • Għala ma tiċċelebrawx il-Milied?Biex tispikkaw?
  • Il-Milied—Għala daqshekk Popolari fil-Ġappun
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Il-Milied Xi Jfisser Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Il-Milied—Għala Saħansitra fl-Orjent?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Il-Milied għandu jiġi ċċelebrat mill-Kristjani?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwfq artiklu 18
Il-ġenituri jitkellmu mat-tifel tagħhom waqt li qed jiftaħ rigal.

Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Għala Ma Jiċċelebrawx il-Milied?

Ideat żbaljati komuni

Ħrafa: Ir-raġuni għala x-Xhieda taʼ Ġeħova ma jiċċelebrawx il-Milied hi għax ma jemmnux f’Ġesù.

Fatt: Aħna Kristjani u nemmnu li s-salvazzjoni tiġi biss permezz taʼ Ġesù Kristu.—Atti 4:12.

Ħrafa: Intom tifirdu l-familji billi tgħallmu lin-nies biex ma jiċċelebrawx il-Milied.

Fatt: Aħna nħobbuha l-familja, u nużaw il-Bibbja biex ngħinu lil dak li jkun jibni familja iktar b’saħħitha.

Ħrafa: Intom ma tesperjenzawx l-“ispirtu tal-Milied” taʼ ġenerożità, paċi fuq l-art, u rieda tajba lejn il-bnedmin.

Fatt: Aħna nistinkaw biex inkunu ġenerużi u paċifiċi kuljum. (Proverbji 11:25; Rumani 12:18) Pereżempju, il-mod kif nikkonduċu l-laqgħat tagħna u nippritkaw hu f’armonija mat-tagħlim taʼ Ġesù: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.” (Mattew 10:8) Iktar minn hekk, niġbdu l-attenzjoni lejn is-Saltna t’Alla bħala t-tama vera taʼ paċi fuq l-art.—Mattew 10:7.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala ma jiċċelebrawx il-Milied?

  • Ġesù kkmanda li għandna nikkommemoraw il-mewt tiegħu, mhux it-twelid tiegħu.—Luqa 22:19, 20.

  • L-appostli u d-dixxipli bikrin taʼ Ġesù ma kinux jiċċelebraw il-Milied. In-New Catholic Encyclopedia tgħid li “l-festa tan-Natività ma bdietx tiġi ċelebrata qabel is-sena 243 [W.K.],” iktar minn seklu wara li miet l-aħħar appostlu.

  • M’hemm l-ebda evidenza li Ġesù twieled fil-25 taʼ Diċembru; id-data tat-twelid tiegħu mhix miktuba fil-Bibbja.

  • Aħna nemmnu li l-Milied mhuwiex approvat minn Alla għaliex l-għeruq tiegħu huma drawwiet u riti pagani.—2 Korintin 6:17.

Għala ma tiċċelebrawx il-Milied?Biex tispikkaw?

Ħafna nies xorta jiċċelebraw il-Milied minkejja li jafu li l-għeruq tiegħu huma pagani u mhumiex appoġġati mill-Bibbja. Nies bħal dawn forsi jistaqsu: Il-Kristjani għala għandhom jieħdu pożizzjoni mhix popolari bħal din? Għala jridu jispikkaw?

Il-Bibbja tinkuraġġina biex naħsbu b’moħħna, biex nużaw “il-qawwa tar-raġuni” tagħna. (Rumani 12:1, 2) Tgħallimna ngħożżu l-verità. (Ġwanni 4:23, 24) Għalhekk, filwaqt li jimpurtana minn kif ħaddieħor iħares lejna, aħna nżommu mal-prinċipji tal-Bibbja anki jekk dan ikun ifisser li ma nibqgħux popolari.

Għalkemm nagħżlu li aħna nfusna ma niċċelebrawx il-Milied, nirrispettaw id-dritt taʼ kull individwu li jiddeċiedi għalih innifsu f’din il-kwistjoni. Ma nindaħlux fiċ-ċelebrazzjoni tal-Milied taʼ oħrajn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja