LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 36
  • Ġesù Meta Twieled?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Meta Twieled?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Il-Milied għala jiġi ċelebrat fil-25 taʼ Diċembru?
  • Twieled Ġesù fil-Borra?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar il-Milied?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Kif Għandna Niftakruh lil Ġesù Kristu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Ġesù
    Stenbaħ!—2013
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 36

Ġesù Meta Twieled?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-Bibbja ma tagħtix data speċifika għat-twelid taʼ Ġesù Kristu, bħalma juru dawn ix-xogħlijiet taʼ referenza:

  • “Id-data vera tat-twelid taʼ Kristu mhix magħrufa.”—New Catholic Encyclopedia.

  • “Id-data eżatta tat-twelid taʼ Kristu mhix magħrufa.”—Encyclopedia of Early Christianity.

Filwaqt li l-Bibbja ma tagħtix tweġiba diretta għall-mistoqsija, ‘Ġesù meta twieled?’ tiddeskrivi żewġ ġrajjiet dwar it-twelid tiegħu li jwasslu lil ħafna wħud biex jikkonkludu li ma twilidx fil-25 taʼ Diċembru.

Mhux fix-xitwa

  1. Ir-reġistrazzjoni. Ftit qabel ma twieled Ġesù, Ċesari Awgustu ħareġ digriet li bih ordna li “tiġi reġistrata l-art abitata kollha.” Kulħadd kellu jirreġistra “f’beltu,” u dan setaʼ jirrikjedi vjaġġ taʼ ġimgħa jew iktar. (Luqa 2:1-3) Dik l-ordni—li x’aktarx saret biex tappoġġa t-tassazzjoni u l-lieva militari—ma kienet se tintgħoġob f’ebda żmien tas-sena, imma ma tantx jagħmel sens li Awgustu kompla jipprovoka lis-sudditi tiegħu billi jisforza lil ħafna minnhom jagħmlu vjaġġi twal matul ix-xitwa kiesħa.

  2. In-nagħaġ. Ir-rgħajja kienu “jgħixu barra, għassa bil-lejl maʼ l-imrieħel tagħhom.” (Luqa 2:8) Il-ktieb Daily Life in the Time of Jesus jgħid li l-imrieħel kienu jgħixu fil-miftuħ mill-“ġimgħa taʼ qabel il-Qbiż [lejn l-aħħar taʼ Marzu]” sa nofs Novembru. Imbagħad ikompli jgħid: “Kienu jqattgħu x-xitwa għall-irdoss, protetti mill-elementi; u minn dan biss jistaʼ jidher li d-data tradizzjonali tal-Milied, fix-xitwa, x’aktarx li mhix korretta, għax l-Evanġelju jgħid li r-rgħajja kienu fl-għelieqi.”

Fil-bidu tal-ħarifa

Nistgħu nikkalkulaw meta twieled Ġesù billi ngħoddu b’lura mill-mewt tiegħu fil-Qbiż, fl-14 taʼ Nisan fir-rebbiegħa tas-sena 33 E.K. (Ġwanni 19:14-16) Ġesù kellu madwar 30 sena meta beda l-ministeru tiegħu li dam tliet snin u nofs, u għalhekk twieled fil-bidu tal-ħarifa tas-sena 2 Q.E.K.—Luqa 3:23.

Il-Milied għala jiġi ċelebrat fil-25 taʼ Diċembru?

Ladarba m’hemm ebda evidenza li Ġesù Kristu twieled fil-25 taʼ Diċembru, il-Milied għala jiġi ċelebrat f’din id-data? L-Encyclopædia Britannica tgħid li l-mexxejja tal-knisja x’aktarx li għażluha “biex taħbat mad-data tal-festa pagana Rumana li timmarka ‘d-data tat-twelid tax-xemx mhix konkwistata,’” fi żmien is-solstizju tax-xitwa. Skont The Encyclopedia Americana, ħafna studjużi jemmnu li dan sar “sabiex il-Kristjanità ssir iktar sinifikanti għal dawk li kkonvertew mill-paganiżmu.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja