LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 57
  • Għala għandi nagħmel paċi ma’ ħuti?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala għandi nagħmel paċi ma’ ħuti?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ‘Jiġġieldu imma jħobbu lil xulxin’
  • Żewġ raġunijiet għala għandek tagħmel paċi
  • Kif Nistaʼ Ningwalaha maʼ Ħuti?
    Stenbaħ!—2010
  • Kif Nistaʼ Ningwalaha maʼ Ħuti?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Kif Nistaʼ Nkun Apprezzat għal Min Jien Minflok Ma Niġi Mqabbel maʼ Ħuti?
    Stenbaħ!—2003
  • Ġesù kien miżżewweġ? Ġesù kellu ħutu?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 57
Ħu u oħt jippreparaw il-pizza flimkien

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Għala għandi nagħmel paċi ma’ ħuti?

  • ‘Jiġġieldu imma jħobbu lil xulxin’

  • Żewġ raġunijiet għala għandek tagħmel paċi

  • Dak li jgħidu dawk tamparek

‘Jiġġieldu imma jħobbu lil xulxin’

Ħafna jgħidu li l-​aħwa ‘jiġġieldu imma jħobbu lil xulxin.’ Int tħobbhom, u huma jħobbuk​—imma xi kultant ma tkunux tistgħu taqblu. “Ħija li hu iżgħar minni jħobb jiffittani. Hu jaf eżatt x’għandu jgħid jew jagħmel biex iqabbiżhieli!” tgħid Helena li għandha 18-​il sena.

Xi argumenti bejn l-​aħwa jistgħu jissolvew bi ftit komunikazzjoni u billi jipprovaw jaslu għal ftehim. Pereżempju:

  • Żewġ aħwa subien li jużaw l-​istess kamra għandhom mnejn jargumentaw fuq il-​privatezza taʼ xulxin. X’jistgħu jagħmlu? Jitgħallmu jċedu u jagħtu lil xulxin l-​ispazju li jkollhom bżonn. Japplikaw il-​prinċipju Bibliku li nsibu f’​Luqa 6:​31.

  • Żewġ aħwa bniet għandhom mnejn “jissellfu” l-​ħwejjeġ taʼ xulxin mingħajr ma jistaqsu. X’għandhom jagħmlu? Jiddiskutuha u jiftiehmu bejniethom. Japplikaw il-​prinċipju Bibliku li nsibu fit-​2 Timotju 2:​24.

Xi kultant, il-​problemi bejn l-​aħwa jkunu iktar serji u jistaʼ jkollhom konsegwenzi gravi. Ikkunsidra żewġ eżempji mill-​Bibbja:

  • Mirjam u Aron bdew jgħiru għal ħuhom Mosè. Dan wassal għal riżultati traġiċi. Aqra r-​rakkont taʼ Numri 12:​1-​15. Imbagħad staqsi lilek innifsek: ‘Kif nistaʼ nevita li ngħir għal ħija jew oħti?’

  • Ir-​rabja taʼ Kajjin kibret sal-​punt li spiċċa qatel lil ħuh Abel. Aqra r-​rakkont taʼ Ġenesi 4:​1-​12. Imbagħad staqsi lilek innifsek: ‘Meta jqumu ċerti sitwazzjonijiet bejni u bejn ħija jew oħti, kif nistaʼ nikkontrolla r-​rabja tiegħi?’

Żewġ raġunijiet għala għandek tagħmel paċi

Ikun kemm ikun diffiċli biex taqbel ma’ ħutek, hemm minn tal-​inqas żewġ raġunijiet għala għandek tagħmel dan l-​isforz.

  1. Turi li qed timmatura. “Qabel, malajr kienet taqbiżli ma’ ħuti l-​bniet iżgħar minni,” jgħid żagħżugħ jismu Alex. “Issa sirt iktar paċenzjuż u kalm magħhom. Tistaʼ tgħid li qed nimmatura.”

    Il-​Bibbja tgħid: “Min idum biex jirrabja għandu ħafna dixxerniment, imma min hu bla paċenzja qed jeżalta l-​bluha.”—Proverbji 14:29.

  2. Dan hu trejning tajjeb għall-​futur. Jekk ma tistax tittollera l-​imperfezzjonijiet taʼ ħutek issa, ’il quddiem kif ħa tkun tistaʼ tittratta mar-​raġel jew mal-​mara tiegħek, mal-​kollegi, mal-​imgħallem, jew ma’ kwalunkwe persuna oħra?

    Ir-​realtà: Jirnexxux jew le r-​relazzjonijiet tiegħek fil-​futur jiddependi minn kemm se tkun kapaċi tiftiehem u tikkomunika, u m’hemmx post aħjar mill-​familja fejn int tistaʼ titgħallem tagħmel dan.

    Il-​Bibbja tgħid: “Sakemm jiddependi minnkom, żommu l-​paċi.”—Rumani 12:18.

Tixtieq għajnuna biex tirranġa l-​problemi maʼ ħuk jew oħtok? Aqra “Dak li jgħidu dawk tamparek,” u mbagħad ara l-​eżerċizzju, “Kif tistaʼ taqbel iktar ma’ ħutek.”

Dak li jgħidu dawk tamparek

Jessica

“Jien għandi tliet aħwa bniet, u nistaʼ ngħid li mhux dejjem faċli nżomm relazzjoni tajba magħhom. Fl-​istess ħin, irrealizzajt li dawn huma n-​nies li jafuni l-​iktar u li dejjem ħa jkunu hemm għalija.”​—Jessica.

Tyler

“Ikun hemm drabi li jien indejjaq lil ħija, jew hu jdejjaq lili. Imma xorta nħobbu. Hu minn dejjem għenni biex ikolli iktar kunfidenza fija nnifsi. Jien nammira d-​determinazzjoni li għandu​—qatt ma jaqtaʼ qalbu, u dejjem jagħmel iktar milli hu mistenni minnu.”​—Tyler.

Cameo

“Jien inħobbha l-​kumpanija, allura jogħġobni l-​fatt li għandi żewġ ħuti iżgħar minni. Peress li huma subien, li nkun magħhom għallimni ħafna fuq kif għandi nittratta lil dawk li huma differenti minni. Vera nħossni fortunata li għandi ħuti daqshekk tal-​ġenn.”​—Cameo.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja