LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 79
  • Lest jien biex nitlaq mid-dar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lest jien biex nitlaq mid-dar?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ara x’inhuma r-raġunijiet
  • Ikkalkula l-ispejjeż
  • Lest Jien Biex Nitlaq mid-Dar?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Kif Nistaʼ Nsir Naf Aħjar lill-Ġenituri Tiegħi?
    Stenbaħ!—2010
  • Il-Ġenituri Tiegħi Għala Ma Jħallunix Niddeverti?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • X’nistaʼ nagħmel biex il-ġenituri jafdawni?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 79
Żagħżugħ jitfaʼ l-affarijiet fil-bagalja u jipprepara biex jitlaq mid-dar

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Lest jien biex nitlaq mid-dar?

Li tmur tgħix għal rasek tistaʼ tidher xi ħaġa eċitanti u fl-istess ħin tal-biżaʼ. Kif tistaʼ tkun taf jekk intix lest biex tgħix waħdek?

  • Ara x’inhuma r-raġunijiet

  • Ikkalkula l-ispejjeż

  • Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Ara x’inhuma r-raġunijiet

Hemm ħafna raġunijiet għala wieħed jistaʼ jiddeċiedi li jitlaq mid-dar, imma xi ftit minnhom mhumiex daqshekk tajbin. Pereżempju, żagħżugħ jismu Mario jammetti għala ried jitlaq verament. Hu jgħid, “Xtaqt nitlaq mid-dar biex inkun nistaʼ neħles mir-responsabbiltajiet li kelli.”

Fir-realtà, x’aktarx se jkollok iktar responsabbiltà jekk tmur tgħix waħdek. Żagħżugħa jisimha Onya, li għandha 18-il sena tgħid, “Jekk tmur tgħix għal rasek se jkollok tieħu ħsieb id-dar waħdek, issajjar l-ikel tiegħek stess, u tħallas il-kontijiet int stess—u mhux se jkun hemm il-ġenituri maġenbek biex jgħinuk!”

L-iktar ħaġa importanti: Sabiex tkun taf intix lest biex titlaq mid-dar, trid tkun taf għala tixtieq titlaq.

Ikkalkula l-ispejjeż

Ġesù qal: “Min minnkom li jrid jibni torri ma joqgħodx l-ewwel bil-qiegħda u jikkalkula l-ispejjeż, biex jara jekk għandux biżżejjed biex ilestih?” (Luqa 14:28) Kif tistaʼ ‘tikkalkula l-ispejjeż’ li se jkollok biex tmur tgħix xi mkien ieħor? Ikkunsidra dan li ġej.

KAPAĊI TUŻA L-FLUS B’MOD RESPONSABBLI?

Il-Bibbja tgħid: “Il-flus huma protezzjoni.”—Ekkleżjasti 7:12.

  • Issibha bi tqila biex iġġemmaʼ?

  • Tħobb tonfoq il-flus il-ħin kollu?

  • Issib li ħafna drabi jkollok tissellef il-flus?

Jekk weġibt iva għal xi mistoqsija minn dawn, ix-xewqa tiegħek biex tmur tgħix waħdek tistaʼ tinbidel f’diżastru!

“Taʼ 19-il sena, ħija mar jgħix għal rasu. Sena wara, hu kien nefaq dak kollu li kien faddal, ittiħditlu l-karozza minħabba li ma setax iħallasha, u l-bank ma baqax isellfu l-flus. Ma damx ma ried jerġaʼ jiġi d-dar.”—Danielle.

Dak li tistaʼ tagħmel issa: Staqsi l-ġenituri tiegħek kemm jonfqu flus bejn wieħed u ieħor kull xahar. X’kontijiet jirċievu, u kif iqassmu l-flus li jaqilgħu biex ikunu jistgħu jħallsu l-kontijiet? Kif ifaddlu?

L-iktar ħaġa importanti: Li titgħallem kif tqassam il-flus issa, waqt li għadek qed tgħix id-dar, se jippreparak biex tkun tistaʼ tkampa finanzjarjament meta tibda tgħix waħdek.

GĦANDEK DIXXIPLINA FUQEK INNIFSEK?

Il-Bibbja tgħid: “Kull wieħed iġorr it-tagħbija [jiġifieri “t-tagħbija taʼ responsabbiltà”] tiegħu.”—Galatin 6:5.

  • Tħobb tħalli l-affarijiet għall-aħħar?

  • Iridu joqogħdu jfakkruk il-ġenituri dwar ix-xogħol li għandek tagħmel?

  • Spiss tidħol id-dar iktar tard mill-ħin li tawk il-ġenituri?

Jekk wiġibt iva għal xi mistoqsija minn dawn, x’aktarx se ssibha saħansitra iktar diffiċli biex tkun responsabbli meta tgħix waħdek.

“Meta tgħix waħdek, ikollok tagħmel affarijiet li ma tiħux pjaċir tagħmilhom. Ħadd mhu se joqgħod ifakkrek dwarhom, trid tkun lest tagħmilhom minn jeddek u kapaċi żżomm rutina.”—Jessica.

Dak li tistaʼ tagħmel issa: Aqbad xahar u pprova ħu kemm jistaʼ jkun responsabbiltajiet fid-dar. Pereżempju, naddaf id-dar waħdek, aħsel il-ħwejjeġ tiegħek stess, agħmel ix-xirja, sajjar darba kuljum, u aħsel il-platti li taqlaʼ. Dan se jtik idea taʼ dak li se tiffaċċja meta tgħix waħdek.

L-iktar ħaġa importanti: Li jkollok dixxiplina fuqek innifsek hi ħaġa importanti ħafna jekk tixtieq tgħix għal rasek.

Żagħżugħ jaqbeż minn ajruplan u jżomm basket tal-paraxut

Li titlaq mid-dar mingħajr ma tkun preparat hu bħal li taqbeż minn ajruplan mingħajr ma tkun taf tuża paraxut

KAPAĊI TIKKONTROLLA L-BURDATA?

Il-Bibbja tgħid: “Qisu li twarrbuhom kollha, il-korla, ir-rabja, il-ħażen, it-tgħajjir.”—Kolossin 3:8.

  • Issibha diffiċli biex tmur tajjeb m’oħrajn?

  • Jitilgħulek malajr?

  • Tinsisti biex l-affarijiet isiru dejjem kif trid int?

Jekk wiġibt iva għal xi mistoqsija minn dawn, probabbli se tkun taʼ sfida biex tixxerja d-dar maʼ xi ħadd—jew, eventwalment, mal-mara jew ir-raġel tiegħek.

“Meta bdejt nixxerja d-dar maʼ ħaddieħor, indunajt bid-difetti li kelli. Tgħallimt li ma stajtx nippretendi li oħrajn jissaportuni meta jkolli burdata ħażina minħabba l-istress. Kelli nirranġa l-mod kif nirreaġixxi meta jkolli l-istress.”—Helena.

Dak li tistaʼ tagħmel issa: Aħdem fuq li tmur tajjeb mal-ġenituri u maʼ ħutek. Wara kollox, kif tirreaġixxi għan-nuqqasijiet taʼ dawk li tgħix magħhom issa juri kif se tirreaġixxi għan-nuqqasijiet taʼ xi ħadd ieħor li jistaʼ jgħix miegħek fil-futur.

L-iktar ħaġa importanti: Li tmur tgħix għal rasek mhuwiex mod kif teħles mir-responsabbiltajiet, imma hi abbiltà li għandek bżonn tipprepara għaliha. Għala ma titkellimx maʼ dawk li rnexxielhom jagħmlu dan? Staqsihom x’kienu jbiddlu jew xi xtaqu jkunu jafu li kieku setgħu jmorru lura. Dejjem ikun tajjeb li titlob għal parir qabel ma tieħu deċiżjoni importanti f’ħajtek!

Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Dapo

“Ħafna żgħażagħ ma jiħdux bis-serjetà kemm hu diffiċli biex iħallsu kollox waħedhom. Hu diffiċli biex isibu post li jistgħu jaffordjawh! U peress li ħafna ma jkunux konxji taʼ dan, ikollhom sebaʼ mitt sena biex imorru jgħixu għal rashom . . . u eventwalment xorta jispiċċaw imorru lura d-dar.”—Dapo.

Ashley

“Meta jkunu għadhom jgħixu d-dar, iż-żgħażagħ ikollhom opportunità biex jieħdu r-responsabbiltà bil-mod il-mod. Xi wħud jistgħu jibdew billi jagħmlu iktar xogħol tad-dar, jieħdu ħsieb il-qadi, iħallsu xi kontijiet, jew saħansitra jsajru għall-familja. Dawn il-passi żgħar jistgħu jippreparawk biex maż-żmien tgħix għal rasek.”—Ashley.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja