LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbv artiklu 60
  • Proverbji 17:17—“Il-Ħabib Iħobbok Kull Ħin”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Proverbji 17:17—“Il-Ħabib Iħobbok Kull Ħin”
  • Versi mill-Bibbja Spjegati
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xi Jfisser Proverbji 17:17
  • Dwar Xiex Jitkellem Proverbji 17:17
  • Proverbji 17:17 f’Bibbja Oħra
  • Alla Jistiednek Biex Issir il-Ħabib Tiegħu
    Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
  • Int Tista’ Tkun Ħabib ta’ Ġeħova
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Int x’taħseb?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2018
  • Agħżel ħbieb li jħobbu lil Alla
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
Ara Iżjed
Versi mill-Bibbja Spjegati
ijwbv artiklu 60

VERSI MILL-BIBBJA SPJEGATI

Proverbji 17:17—“Il-Ħabib Iħobbok Kull Ħin”

“Ħabib veru juri mħabba l-ħin kollu. Hu bħal ħu li tistaʼ tistrieħ fuqu meta tħossok imdejjaq.”—Proverbji 17:17, Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida.

“Il-ħabib iħobbok kull ħin, bħal ħuk imwieled għal żmien l-hemm.”—Proverbji 17:17, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.

Xi Jfisser Proverbji 17:17

Ħbieb taʼ vera huma taʼ min jafdahom. Bħal żewġt aħwa li jkunu close, huma dejjem hemm għal xulxin u jieħdu ħsieb lil xulxin, speċjalment matul żmien diffiċli.

“Ħabib veru juri mħabba l-ħin kollu.” Din il-frażi tistaʼ tfisser ukoll li “l-ħbieb dejjem juru l-imħabba.” Il-kelma Ebrajka għal “imħabba” f’din il-frażi tinvolvi iktar minn emozzjoni jew sentiment lejn persuna. Hija mħabba mhux egoista li persuna turi b’dak li tagħmel. (1 Korintin 13:4-7) Ħbieb li jkunu jħobbu lil xulxin b’dan il-mod jibqgħu leali lejn xulxin meta l-ħbiberija tagħhom tkun ittestjata minħabba nuqqas taʼ ftehim jew minħabba xi problemi fil-ħajja. Huma jkunu lesti wkoll li jaħfru lil xulxin. (Proverbji 10:12) U ħabib veru ma jgħirx meta l-affarijiet ikunu sejrin tajjeb għall-ħabib tiegħu. Anzi, hu jifraħ miegħu.—Rumani 12:15.

“Ħabib veru . . . hu bħal ħu li tistaʼ tistrieħ fuqu meta tħossok imdejjaq.” Dan il-proverbju hu bbażat fuq l-idea li l-aħwa spiss ikunu close ħafna. Mela meta nagħmlu li nistgħu biex ngħinu ħabib li jkun għaddej minn żmien diffiċli, inkunu qed naġixxu kif jaġixxu l-aħwa bejniethom. Iktar minn hekk, din il-ħbiberija ma ssirx dgħajfa meta jinqalaʼ l-inkwiet, minflok tissaħħaħ. Dan minħabba li l-problemi jkabbru l-imħabba u r-rispett li l-ħbieb ikollhom għal xulxin.

Dwar Xiex Jitkellem Proverbji 17:17

Il-ktieb tal-Proverbji fih ħafna ideat u suġġerimenti li kienu miktubin fil-qosor u b’mod li jġegħluk taħseb. Ir-Re Salamun kiteb ħafna minn dan il-ktieb li nsibu fil-Bibbja. Il-mod kif inhu miktub hu simili għall-poeżiji tal-Lhud. Minflok ma uża kliem biex jagħmel rima, hu uża ideat simili jew ideat opposti biex joħroġ it-tagħlima. Pereżempju, Proverbji 17:17 hu eżempju fejn it-tieni parti tal-vers issaħħaħ il-punt tal-ewwel parti. Proverbji 18:24 hu eżempju fejn jagħmel kuntrast biex joħroġ il-punt. “Hemm ħbieb li lesti li jkissru lil xulxin, imma hemm ħabib li jintrabat miegħek iktar minn ħuk.”

Meta Salamun kiteb Proverbji 17:17, jistaʼ jkun li kien qed jaħseb dwar il-ħbiberija kbira li missieru David kellu maʼ Ġonatan, wieħed mit-tfal tar-Re Sawl. (1 Samwel 13:16; 18:1; 19:1-3; 20:30-34, 41, 42; 23:16-18) Għalkemm Ġonatan u David ma kinux jiġu minn xulxin, huma kienu iktar close minn aħwa. Ġonatan anki rriskja ħajtu għall-ħabib tiegħu li kien iżgħar minnu.a

Ġonatan u David qegħdin bilqiegħda fid-daħla taʼ għar. David qed jismaʼ lil Ġonatan li qiegħed jinkuraġġih.

Proverbji 17:17 f’Bibbja Oħra

“Ħabib iħobb f’kull ħin; hu imwieled biex ikun ħuk għall-waqt il-hemm.”—Il-Bibbja Mqaddsa.

Aqra Proverbji kapitlu 17 mit-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida tal-Iskrittura Mqaddsa. Din il-Bibbja hi faċli biex taqraha u fiha noti taʼ taħt, cross-references, stampi, u mapep.

Ara dan il-vidjow qasir biex ikollok idea x’fih il-ktieb tal-Proverbji.

a Ara l-artiklu bl-Ingliż “Bound Together in Close Friendship.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja