LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbv artiklu 45
  • Salm 37:4—“Qiegħed fil-Mulej l-Għaxqa Tiegħek”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Salm 37:4—“Qiegħed fil-Mulej l-Għaxqa Tiegħek”
  • Versi mill-Bibbja Spjegati
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xi jfisser Salm 37:4
  • Dwar xiex jitkellem Salm 37:4
  • “Qiegħed fil-Mulej l-Għaxqa Tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Proverbji 16:3—“Ħalli f’Idejn il-Mulej il-Ħidma Tiegħek”
    Versi mill-Bibbja Spjegati
  • Titgħaxxaq Int bil-“Liġi tal-Mulej”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Salm 46:10—“Ċedu, u kunu afu li jien Alla”
    Versi mill-Bibbja Spjegati
Ara Iżjed
Versi mill-Bibbja Spjegati
ijwbv artiklu 45

VERSI MILL-BIBBJA SPJEGATI

Salm 37:4—“Qiegħed fil-Mulej l-Għaxqa Tiegħek”

“Ħu pjaċir f’li taqdi lil Ġeħova, u hu jagħtik dak li tixtieq qalbek.”—Salm 37:4, Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida.

“Qiegħed fil-Mulej l-għaxqa tiegħek, u jagħtik dak li tixtieq qalbek.”—Salm 37:4, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.

Xi jfisser Salm 37:4

Is-salmista jgħid lill-qaddejja t’Alla biex ikunu ferħanin għax għandhom ħbiberija mill-qrib m’Alla. Dawk kollha li jkollhom din il-ħbiberija jistgħu jkunu ċerti li Alla Ġeħovaa se jagħtihom dak li jixtiequ jekk ikun fi qbil maʼ dak li jogħġob lilu.

“Ħu pjaċir f’li taqdi lil Ġeħova.” Din l-espressjoni tiġi tradotta wkoll “qiegħed fil-Mulej l-għaxqa tiegħek” jew “tgħaxxaq b’Ġeħova.” L-idea hi li aħna għandna nieħdu pjaċir naqdu lill-Alla l-veru. (Salm 37:4, nota taʼ taħt) Għala nistgħu ngħidu hekk?

Dawk li jaqdu lil Ġeħova jaraw l-affarijiet bħalma jarahom hu. Huma mhux biss jafu lil Alla imma wkoll jafu li se jkun taʼ benefiċċju għalihom jekk jobduh. Għalhekk, huma għandhom kuxjenza nadifa u jevitaw ħafna żbalji u deċiżjonijiet ħżiena. (Proverbji 3:5, 6) Pereżempju, meta nies rgħiba jew diżonesti jidhru li qed jirnexxu, in-nies t’Alla ma jħallux ir-rabja jew l-għira ttellfilhom il-paċi li jkollhom. (Salm 37:1, 7-9) Huma ferħanin għax jafu li Alla dalwaqt se jneħħi l-inġustizzja kollha u se jippremja lil dawk li bl-imġiba tagħhom jipprovaw jogħġbuh. (Salm 37:34) Huma ferħanin ukoll għax jafu li Missierhom tas-sema hu ferħan bihom.—Salm 5:12; Proverbji 27:11.

“Hu jagħtik dak li tixtieq qalbek.” Dan il-kliem ma jfissirx li kull ħaġa li nitolbu lil Ġeħova se jagħtihielna. Bħal ġenitur tajjeb, Ġeħova jaf x’inhu tajjeb għat-tfal tiegħu. : Barra minn hekk, dak li nitolbu lil Alla u l-mod kif ngħixu ħajjitna għandhom jaqblu mal-livelli tiegħu u mal-iskop tiegħu. (Proverbji 28:9; Ġakbu 4:3; 1 Ġwanni 5:14) Jekk nagħmlu hekk, nistgħu nitolbu lil “Semmiegħ it-talb” u nkunu ċerti li se jismagħna.—Salm 65:2; Mattew 21:22.

Dwar xiex jitkellem Salm 37:4

Salm 37 kitbu r-Re David taʼ Iżrael. Hu kiteb dan is-salm bi stil alfabetiku, jiġifieri, akrostiku.b

David kien ġie trattat ħażin ħafna drabi u kellu jaħrab minħabba li r-Re Sawl u oħrajn riedu joqtluh. (2 Samwel 22:1) Però, David kellu fidi soda f’Alla. Hu kien jaf li Ġeħova kien se jikkastiga lil dawk li kienu qed jagħmlu l-ħażen. (Salm 37:10, 11) Għalkemm dehru li qed jirnexxu, “bħall-ħaxix li jkun għadu tielaʼ,” xorta kienu se jinqerdu.—Salm 37:2, 20, 35, 36.

Salm 37 jurina x’se jiġri lil dawk li jobdu l-livelli t’Alla u lil dawk li ma jobduhomx. (Salm 37:16, 17, 21, 22, 27, 28) Għalhekk dan is-salm jgħinna jkollna l-għerf u nkunu nies li jogħġbu lil Alla.

Aqra Salm 37 mit-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida tal-Iskrittura Mqaddsa. Din il-Bibbja hi faċli biex taqraha u fiha noti taʼ taħt, cross-references, stampi, u mapep.

Ara dan il-vidjow qasir biex ikollok idea x’fih il-ktieb tas-Salmi.

a Ġeħova hu l-isem t’Alla bil-Malti, tradott mil-lingwa Ebrajka. Biex tkun taf għala ħafna Bibbji jużaw il-kelma Mulej minflok l-isem personali t’Alla, ara l-artiklu “Min Hu Ġeħova?”

b F’dan l-istil, l-ewwel vers jew grupp taʼ versi jibdew bl-ewwel ittra tal-alfabett Ebrajk, it-tieni grupp jibda bit-tieni ittra tal-alfabett Ebrajk u nkomplu sejrin hekk. Dan l-istil jistaʼ jkun li għen lin-nies biex jiftakru s-salm.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja