LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 3/8 p. 31
  • ‘Id-Dinja Tagħna Kienet Tkun Differenti’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Id-Dinja Tagħna Kienet Tkun Differenti’
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Moska Sat-​850 Anniversarju Tagħha
    Stenbaħ!—1997
  • Battalja Legali Twila Tispiċċa b’Rebħa!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • San Pietruburgu—“It-Tieqa fuq l-Ewropa” tar-Russja
    Stenbaħ!—2003
  • Ir-Russi Jgħożżu l-Libertà tal-Qima
    Stenbaħ!—2000
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 3/8 p. 31

‘Id-​Dinja Tagħna Kienet Tkun Differenti’

L-​isforz biex titħassar konvenzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah f’Moska f’Awissu li għadda ġibed attenzjoni konsiderevoli. (Għad-dettalji ara paġni 27 u 28.) Andrei Zolotov, Jr., irrapporta f’The Moscow Times tal-​21 t’Awissu, 1999, li “Vladimir Kozyrev, id-​direttur deputat tal-​kumpless sportiv, qal li l-​amministrazzjoni ma kinitx kontra li jinżamm il-​kungress tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Hu qal li ma kienx jaf minfejn kienet ġejja l-​ordni [biex jiġi mħassar].”

F’ittra pubblikata f’The Moscow Times ġimgħa wara, wieħed qarrej faħħar lill-​gazzetta talli ppubblikat l-​artiklu “tassew imparzjali” u qal li dan “tabilħaqq kien jixraqlu l-​attenzjoni tal-​qarrejja.” Hu osserva: “L-​artiklu tagħkom fuq id-​diffikultajiet tremendi li kellhom jiffaċċjaw ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma u jippreparaw għall-​konvenzjoni annwali tagħhom [kixef] it-​trattament inġust [li ġarrbu].”

Imbagħad il-​kittieb taʼ l-​ittra nnota li x-​Xhieda taʼ Jehovah “huma magħrufin sew fid-​dinja (u issa wkoll fir-​Russja) . . . Huma . . . magħrufin sew bħala nies mill-​aħjar, qalbhom tajba, umlin u faċli biex tittratta magħhom, qatt ma jagħmlu pressjoni fuq nies oħra u dejjem ifittxu l-​paċi fir-​relazzjonijiet tagħhom m’oħrajn, ikun x’ikun it-​twemmin reliġjuż tagħhom, sew jekk Kristjani Ortodossi, Musulmani jew Buddisti. M’hemm ħadd fosthom li jaċċetta tixħim, jisker jew jieħu d-​drogi, u r-​raġuni hija sempliċi ħafna: Huma sempliċement jipprovaw jimxu skond il-​konvinzjonijiet tagħhom ibbażati fuq il-​Bibbja f’kulma jagħmlu jew jgħidu. Li kieku n-​nies kollha tad-​dinja kellhom għallinqas jipprovaw jgħixu skond il-​Bibbja l-​mod kif jagħmlu x-​Xhieda taʼ Jehovah, id-​dinja krudili tagħna kienet tkun differenti għal kollox.”

L-awtoritajiet li investigaw lix-​Xhieda taʼ Jehovah u li għandhom x’jaqsmu magħhom direttament jikkonfermaw id-​deskrizzjoni t’hawn fuq. Awtoritajiet bħal dawn, per eżempju, taw il-​permessi lix-​Xhieda biex jibnu din is-​Sala taʼ l-​Assemblea ġdida u mill-​isbaħ f’San Pietruburgu, fir-​Russja. Fid-​dedikazzjoni li saritilha fit-​18 taʼ Settembru, is-​sala kienet mimlija b’2,257 osservatur ferħan, u 2,228 ruħ oħra semgħu il-​programm fi Swali tas-​Saltna f’San Pietruburgu u fl-​uffiċċju tal-​fergħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah f’Solnechnoye fil-​viċin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja